Beverly Agius tikteb
Kitba ta’ Beverly fil-ġurnal:
-
- April 2025
Invokazzjonijiet #1
l-ewwel
Aphroconfuso
xħin rajtni nintelaq fl-ilma ta’
għajn tuffieħa u ħsibtni mhux
f’sikkti għax ngħasi ried jgħibni
mill-bajja bojja biex nitfaċċa nitfa
rondinella tpassi l-ibħra inkella
monakella taqbeż bejnet il-blat —
kif aphroconfuso għadni mqabbda
ma’ qaddek u ma salpajtx ’il fejn
ħjut il-ħut minn rasi mgħaddsa
qegħdin għalenija jqaddfuli? -
- April 2025
Invokazzjonijiet #2
it-tieni
Aphroconfuso,
jaqaw sirt taf li qed niktbek?
b’hekk qed tħallini kkalzrata
fi mkejjen, pjazez il-memorja
ta’ Castellania biex tieħu minni
bandi ta’ tama mwerżqa fin-niċċa,
il-berlina li għalaqtni fiha, jew trid
tal-kastig tibqa’ f’xi bnadi għama?
Aphroconfuso,
jaqaw sirt taf li qed niktbek?
b’hekk qed tħallini kkalzrata
fi mkejjen, pjazez il-memorja
ta’ Castellania biex tieħu minni
bandi ta’ tama mwerżqa fin-niċċa,
il-berlina li għalaqtni fiha, jew trid
tal-kastig tibqa’ f’xi bnadi għama?