Kristina Borg

Kristina Borg hija artista, riċerkatriċi u faċilitatriċi, prattikanta tal-mhux-magħruf u kollaboratriċi f’kuntest lokali u ekoloġiku. Taħseb b’lingwaġġ viżiv u tuża proċessi parteċipatorji u kokreattivi, bl‐arti bħala għodda u realtà. Xogħolha jispeċjalizza bejn id‐dixxiplini stabbiliti u barra minnhom. Huwa proċess ħaj u organiku li jiddjaloga mal-madwar, filwaqt li jibqa’ miftuħ u malleabbli biex jiġi affettwat minn dak li jiċċirkola madwaru u ġewwa fih. Il‐mumenti, is‐sitwazzjonijiet u l‐kuntesti speċifiċi huma ingredjenti essenzjali li jsawru l‐proċess transdixxiplinarju tagħha. Tqatta’ ħafna mill-ħin tagħha timxi, tosserva, tisma’, tiddjaloga, taħseb, toħloq u tesplora ma’ komunitajiet intersezzjonali, speċifiċi u multispeċi  —  umani u iktar-minn-umani  —  bħala prattika ta’ għajxien u kondiviżjoni ta’ mumenti flimkien, ta’ kokreazzjoni ta’ esperjenzi artistiċi li jimmaġinaw mill-ġdid modi diversi u etiċi ta’ kif nistgħu ngħixu u nkampaw tajjeb flimkien.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Kristina:

Kitba ta’ Kristina fil-ġurnal:

Poddati ma’ Kristina:

Dekorazzjoni art-nouveau