Claudia Gauci

Claudia Gauci tgħallem il‐Malti l‐Junior College u hija wkoll qarrejja tal-provi. Fl‐2022 ippubblikat it‐tieni ġabra ta’ poeżiji tagħha, Max-Xatt tat-Tamarisk, (Kotba Calleja). L‐ewwel ġabra, Sekonda Qabel Tqum (2012, Skarta) hija bilingwi u biha kisbet it‐tieni post fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Ittraduċiet diversi kotba tat-tfal għall-Malti għal Merlin Publishers, fosthom Magni taż-Żmien li kien rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl‐2019. Hija kienet mistiedna tipparteċipa f’diversi festivals tal-poeżija. Tat diversi sessjonijiet ta’ qari u workshops tal-kitba kreattiva għal tfal u anzjani, u mexxiet żgħażagħ fil-proċess tal-kitba kreattiva permezz tal-programm Kjażmu tal-Aġenzija Żgħażagħ. Bħalissa qed taħdem fuq l‐ewwel proġett ta’ proża tagħha. Claudia tmantni s‐sit www.claudiagauci.com.

Kitba ta’ Claudia fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau