Nippubblikaw verżjoni awdjo ta’ ħafna mix-xogħol li jidher fil-ġurnal. Dawn jitilgħu ftit ġimgħat wara l-ewwel pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit. Tista’ tisma’ dawn il-verżjonijiet kemm mill-istess paġna tat-test kif ukoll billi tabbona għall-podcast fejn issib ukoll taħditiet mall-kittieba tagħna.
dawn huma l-verżjonijiet awdjo li ppubblikajna:
-
- Settembru 2026
“siġra
tal-lewż ”għażiża poeta,
meta nkun qed insuq u ninnota,
għall-ewwel darba, is-siġar tal-lewż
mogħni bil-fjur roża, inħossni
nimtela — se nfur — bix-xewqa
li nikteb din ix-xbieha. mhux hekk
nixtiequ mill-poeżija? — li tkun
xejn inqas minn mirakoluża —
filli friegħi li tara bla ma tagħraf, -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #77. Aħmed
M’intix tara li għandi x’nagħmel?
U biex tgħaxxaqha qbadtni bil-pinzell fiż-żebgħa,
arah iqattar,
hawn ma ġejtx inparla,
għandi xorti nagħmel dinar minn dawn it-toroq,
issa hawn nipprova nlaqqat,
dil-karretta ħaqqha passata żebgħa
b’dal-aħmar jgħajjat anki x-xiħ jarani
min-naħa l-oħra tal-kamp
fejn imur ixejjex.
Hawn mhux tat-tfal
la se toqgħod tistaqsini.
Tilgħab fit-trab
imma anki dan it-trab mhux bħal ta’ darna,
qisu anki x-xemx tinjorah u tħallih bla kulur
u meta timxi fih
il-passi tqal
iħallu marki fondi,
ma tistax tiġri
imma trid tiġri,
m’għandekx fejn tiġri
imma trid tiġri
u allura tiġri
u taħbat fix-xibka timmarka fejn jibda u jispiċċa dal-kamp,
u taħbat fix-xiħ hu u sejjer ixejjex in-naħa l-oħra tal-kamp,
u taħbat fl-erwieħ imkeffnin,
u taħbat fit-trejqiet bla ħin,
u taħbat u taħbat
u tibqa’ fejn int.
U xbajt insaqsi ’l ommi,
meta se mmorru lura?
Ma jidhirx li se mmorru lura,
mhux fil-qrib.
Ma jidhirx li se mmur lura fl-għelieqi tan-nannu
naqtgħu l-frott li jitmagħna u niġbru ż-żebbuġ,
ma jidhirx li se nara lil sħabi tal-futbol
f’nofs ta’ triq li ma jgħaddi minnha ħadd
bejn l-għelieqi u t-tajn u l-ħamrija
ta’ Dara’a.
Issa dil-karretta saret ħabibti,
ittini x-xogħol fost nies jitkarrbu,
familji li bħal tagħna telqu kollox,
ħallew warajhom il-mutur, it-trakk, il-vann,
il-karrettun u ż-żiemel
u issa tifel bħali bil-karretta
iġorrilhom dak li għandhom bżonn iġorru —
it-tank tal-gass,
it-tank tal-ilma,
it-tank tal-ħara,
li trid, inġorru,
għidli fejn trid niltaqgħu ngħabbi,
għidli fejn trid inħallihulek ħabibi,
jien Aħmed bil-karretta l-ħamra,
tarani sew mill-bogħod.
Ħa nħallik,
għandi x’nagħmel,
diġa għedtlek
dan mhux ħin,
mhux se mmur lura d-dar bla dinar,
m’intix tara li għandi x’nagħmel? -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #66. Ibraħim
Sitt ikmamar kellna hawn,
kont ngħix m’ibni
hemmhekk fejn konna ninħaslu,
hemm kien hemm il-fniek,
hawn kont inżomm in-nagħaġ.
Ġew bil-ġarrafa
qalulna din art tal-gvern
ma tistax tgħix hawn.
Kif trid tgħix hawn?
Mhux artna din?
Ġejna hawn meta keċċewna
min-naħa l-oħra,
hemmhekk kellna l-bjar u l-għerien
u l-ilqugħ fis-sajf u fix-xitwa
u konna ngħixu tajjeb.
Ġejna hawn meta keċċewna,
la kien hawn ilma
la fejn tistkenn,
imma ġejna
fejn trid tmur?
U bdejna,
ħaffirna l-bjar
u bnejna
u żrajna s-siġar
u stajna ngħixu
nixorbu mill-bjar.
Imbagħad ġew hawn,
qallbulna d-dar,
kull lejl ma tafx x’ġejjin ifittxu,
iqallbu l-kamra t’ibni,
iqallbu tiegħi,
ifittxu qalb il-fniek,
ineżżgħuni fix-xita,
jarmu l-ħwejjeġ u l-lożor fit-tajn
f’nofs ta’ lejl
biex ifittxu.
Imbagħad reġgħu ġew hawn
bil-gafef u bl-armi
u bl-ittri u bl-ordni
ġarrfulna d-dar,
ma ġara xejn,
bqajna hawn,
il-bhejjem kellhom l-ilma
u aħna norqdu magħhom.
Imbagħad reġgħu ġew hawn
xahar wara
jkissru l-bjar
fuq ordni li ngħatat.
U kissru l-bjar.
Għedtilhom: “Il-bir jixrob minnu t-tajr
u jixrob minnu l-kelb
u n-naħal,
kull ħaġa ħajja tixrob minn dal-bir,
għaliex trid tkissru?”
Qaluli: “Din l-ordni.
Se nkissru l-bjar u l-art maġenbhom
u kull filata li tellajtu.
Ma tistax tgħix hawn.”
Anki l-ħamiem u l-fniek
għaddew minn fuqhom
bil-gafef u l-ġarrafa,
ta’ xejn għedtilhom
ħaram għalikom
tgħaffġuhom hekk ħajjin.
Anki l-ħamiem u l-fniek
li kienu jixorbu minn dal-bir
għaddew minn fuqhom.
“Hawnhekk ma tistax tgħix,”
qaluli.
Bħal donnu nsew
li lanqas huma
ma jistgħu jgħixu
fejn hemm l-iħirsa jterrqu għarwenin fix-xita,
fejn siġar qodma mqaċċta għadhom jitniffsu taħt it-trab,
fejn krib il-ħlejjaq mgħaffġa jwerżaq f’nofs ta’ lejl kuljum
u fejn il-bjar imkissra saru jġorru fihom demm ibaqbaq.
Issa taraw. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #55. Maħmud
Ma rridx ingerger,
iz-ziju jieħu ħsiebi qisni kont ibnu
u hawn m’hawnx ġlied,
nixtieq li kont aħjar
imma ma rridx neqred,
hawnhekk aħjar,
hawnhekk m’hawnx inkwiet,
imma għajjien
negħja malajr
nixtieq li kont aħjar
hawn kollox aħjar.
L-isptar, hemm inqatta’ ħafna minn ħini.
L-isptar — lura d-dar
ma kienx mill-agħar,
kellu d-demm u l-labar u s-sodod,
il-madum abjad u l-ħadid bis-sadid,
kienu jafuni u kont nafhom
l-infermiera, it-tobba, l-ispeċjalista,
dak li jiftaħ il-bieb,
dak li jtini l-larinġ magħsur tal-pakkett,
dik li tħossli l-polz u tfittixli l-vina
dejjem tfettet f’idi
waqt li b’idi l-oħra ħielsa nżomm il-ktieb tal-iskola
jew il-pakkett tal-larinġ il-magħsur
jew iċ-ċikkulata li tħallili ommi kull darba li niġi l-isptar
fil-but tal-ġakketta
u meta ninsieha ddub,
u għalhekk dejjem noħroġha l-ewwel ħaġa
malli dik li tħossli l-polz u tfittixli l-vina
tiġi tfettet f’idi.
Ma rridx ingerger,
hawn ħadd ma jiġi jfittxek
jara intix taħrab mil-lieva,
hawn ħadd ma joqtlok ta’ xejn,
hawn kollox aħjar.
L-affarijiet inbidlu bil-mod.
L-ewwel il-qtugħ tad-dawl
minn tliet sigħat, sa sitta, sa tnax
sa qtugħ totali.
Il-generator dejjem iżid il-krib
jitħarħar bħalna l-morda
sakemm imut ukoll.
Imbagħad l-ilma,
l-infermiera spiċċaw jaħslu jdejhom f’barmil,
imbagħad id-demm
spiċċa wkoll,
dawk il-martri kollha jnixxu d-demm fit-toroq
spiċċajt nieħdu dirett minn missieri
u minn zijuwi Khaled
u mill-kuġin Abbas
trasfużjoni diretta
sakemm il-bombi qerdu l-isptar
u l-oħrajn kollha ta’ madwarna
u ma fadal imkien ieħor fejn stajt inkompli ngħix.
Ġejt waħdi hawn għand iz-ziju,
qsamt ix-xmara u ħallejt kollox warajja
u minn dakinhar kuljum ngħid
li hawn kollox aħjar,
imma issa qed negħja
u naħseb għandek id-dettalji kollha
u l-ittra tat-tabib
u ħadtu r-ritratt
ma nixtieqx nitlaq minn hawn. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #44. Rula
Ir-ritratt li qassmu tiegħi
ħaduli missieri fl-aħħar birthday
biċ-ċoff pjuttost goff
fuq xagħri miġbur taħt il-bend
u l-ġakketta roża.
Mhuwiex ir-ritratt favorit,
biex inkun għedtilkom kollox,
ma nafx għaliex missieri għandu tant bokka bih.
Anki fuq il-mobile tefgħu, fil-home screen,
ta’ xejn għedtlu li għandna ritratti aħjar.
U mbagħad kellu dak il-video
tiegħi niżfen quddiem it-televixin
waqt li naraw Arabs Got Talent
bit-tieqa miftuħa u l-qattus imgerrex fir-rokna
mill-għajjat u d-daħq u l-ferħ
u missieri u ommi jidħqu
u l-kuġini kollha ikbar minni
jinġabru madwari u jċapċpu
“kompli, Rula, kompli”
u jien nidħaq magħhom
niżfen u naqbeż
u issa ftit Dabka
sakemm isir il-ħin għall-irqad
u l-kuġini jaqsmu t-triq
Triq Al Waħda
taħt id-dawl isfar tal-bozoz f’lejl imdawwal, maħnuqa mill-generators f’lejl mudlam
u mmorru kollha norqdu.
Anki dak il-video qassam,
erħilha li liebsa ta’ ġewwa,
kif mort norqod l-aħħar lejl.
Kont nippreferi kieku qassmu r-ritratt tiegħi
ma’ Yara, Ħala u Mira
qed naqsam il-kejk
nidħqu
insejt għaliex
imma qed nidħqu
u Mira għandha tikka ġelu fuq imneħirha
li ċappastilha jien.
Imma Yara, Ħala u Mira
tawhom ir-ritratti tagħhom
waħedhom
Yara ħelwa ħafna bin-nuċċali u l-uniformi tal-iskola
imma kien ikun isbaħ ir-ritratt tagħna f’daqqa
tal-aħħar birthday
meta dħaqna ħafna.
Kont qed noħlom meta waqgħet dalma
kont qed noħlom dak il-ħolm li qalulna npinġu dwaru
dak il-ħolm li jġegħelni negħreq fis-sodda
dak il-ħolm li jġib l-imħadda għasra
u xagħri u rasi u kollni kemm jien
bejn sħana taħraq u kesħa xxoqq l-għadam
bejn negħreq u nirtogħod
bejn mewt u ħajja
bejn dlam u aktar dlam
ġiet dalma ikbar
u storbju li ma jinstemax
silenzju li jtarrax.
U naf li hekk intemm il-ħmar il-lejl
u issa m’hemmx iżjed għalfejn
inpinġi
il-mostri bi snien kbar jonfħu n-nar
is-swaba’ u s-saqajn żgħar
imxerrdin
maġenb ballun tal-futbol ħdejn il-baħar,
l-ajruplani jniffdu l-bjut,
bastimenti jisparaw lejn ix-xatt
kostellazzjoni ta’ fosfru nieżel fuqna.
U naf ukoll
li d-dlam mhux dejjem ibeżżagħni,
mhux dejjem se nibki fid-dlam,
ara, ma, m’iniex nibki,
ara kemm jien brava,
illum m’jien inħoss xejn. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #33. Ażiż
Ara fejn spiċċajna, ejja ara
b’għajnejk. Ħrabna mill-ħmar il-lejl
tal-Kalifat l-iswed
u ara ftit hawnhekk,
ara fejn spiċċajna,
it-trab, ix-xemx, il-ħara,
hawn trabi għadhom qed jerdgħu,
hawn xjuħ ma jistgħux jimxu,
hawn nisa se jwelldu
u tfal jiġru
se jimirdu.
Kollha se jimirdu.
Fejn tefgħuna?
Mhux pajjiżna dan?
Kif dejjem hekk magħna?
Ħalluna mmorru lura djarna
la taqtgħu ras il-Kalifat
li kiber taħt il-patroċinju tagħkom,
id-dollari,
iż-żejt,
l-armi tal-qerda tal-mases,
il-gideb u l-bombi.
X’naħtu aħna l-bdiewa ta’ Falluġa
u ħutna ta’ Mosul
sħabna tal-Qajjara
u ta’ Ħammam Al Alil
li fuqna kollha
niżlet dil-purtiera s-sewda
b’isem Alla u r-Rasul
b’isem kull min biegħna u ħadimna
dawk tal-ġlekk u dawk tas-skieken
dawk tad-dollari u dawk tad-deheb misruq?
U ara fejn tefgħuna
u ara llejla fejn se norqdu
u għidli inti,
meta se jintemm dal-ħmar il-lejl? -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #22. Ħafsa
Għedt lili nnifsi:
“Le, Ħafsa, int mhix sejra ssir refuġjata,
int sejra fuq ġita,
vaganza — ara ħu l-make-up
u l-malja,
itfa’ xugaman ukoll
u l-krema tax-xemx
u l-kappell tat-tiben
u l-ktieb li għadek kif bdejt taqra.”
Tlaqt minħabba t-tifla.
Bħal missieri, ma ridtx inħalli darna taqa’ f’idejn l-irġiel armati
li qed jieħdu kollox.
Sptarijiet, djar, ħwienet, imħażen tal-ikel.
Ħamsin tarbija f’orfanotrofju ntqal li mietu bil-ġuħ
u min-nuqqas ta’ mediċini, elettriku, ilma.
Ħamsin tarbija f’orfanotrofju.
Ma fadalx tobba.
Ma fadalx ilma.
Ma fadalx elettriku.
Ma fadalx ħajja.
Ma fadalx tfal ifittxu l-ġrieden.
Ma fadalx ġrieden
f’Khartoum
f’belti.
Għedt lili nnifsi:
“Ħafsa, xi trid tipproteġi hawn f’darek,
meta l-belt inbelgħet u t-toroq qed jgħosfru
ta’ kuljum?
Xi trid tipproteġi mill-ħatfa
ta’ dawn iż-żewġ ġenerali,
ulied ir-regħba
li ddeċidew li pajjiżek sar tagħhom
u li dak li mhux tagħhom
se jinħaraq fil-fjammi —
il-kampijiet,
in-nisa tqal u l-morda,
dak li jifdal mill-istupri,
dak li jifdal mill-iġsma mhux għalkollox maħruqa,
dak li jifdal mill-bagalji
tqal wisq biex jinġarru,
dak li jifdal mill-ħwejjeġ mitluqa fit-triq,
dak li jifdal wara li ruħ il-belt
toħroġ biex minflokha
jidħol is-sid il-ġdid,
is-sid b’żewġt irjus
li tefagħna kollha ’l barra.” -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #11. Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt?Ħallejt kollox warajk
ġarrejt gverta, ftit ħrieqi, lil bintek,
qsamt ix-xmara taħt il-pont imġarraf
imxejt fix-xita u fin-nixfa,
fuq art lesta tibilgħek,
fuq ibħra kulur id-dlam
’il bogħod minn darek,
’il bogħod minn fejn ħallejt kollox warajk:
iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni fl-arti mill-istitut tekniku
ir-ritratti kollha tal-familja — inkluż tiegħek ta’ ħames snin liebes ġlekk blu,
ir-rota ta’ meta kont tifel u li żammejtha biex tagħtiha ’l uliedek, xi darba,
il-kollezzjoni tal-bolli,
l-ittri ta’ mħabba li kitbitlek l-ewwel tfajla, moħbija f’kaxxa taż-żraben,
bagalja li siefret miegħek u ma’ missierek meta ma kellekx taħrab.
Fejn ħallejtha l-bagalja?
Fejnu l-bieb tad-dar li sakkart?
Ħriġt minn xi sqaq tal-belt il-qadima ta’ Mosul?
Jew ħadt il-baħar mix-xatt ta’ Ħodejda?
Jew forsi għaddejt taħt il-baraxx żibel mitfugħ fi triqtek mill-aljeni fix-Xejħ Ġerraħ?
Qsamtx mill-mini taħt l-art ta’ Gaża jwassluk f’ħalq il-faragħun Eġizzjan?
Jew forsi kont iżjed qribna? Bħalna?
X’kulur huma għajnejn bintek?
Dan l-aħħar ġew ċorma minn Kjiv.
Dawk jieħdu prijorità, dawk iżjed bħalna.
Dawk jeħtieġ jidħlu,
erħilha li sal-bieraħ konna ndaħħlu biss in-nisa jaħdmu fil-klabbs esklussivi tat-traffikanti bil-ġlekk.
Erħilha li sa dalgħodu għadna qed nippruvaw nisolħuhom fil-kwarantina waqt li nbigħu l-passaporti lill-biċċiera bi skieken isserrati tad-deheb. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt?Introduzzjoni
L-immaġni
tar-raġel bir-rota baqgħet f’moħħi għal snin twal mindu pproċessajtha u kienet ippubblikata. Meta faqqgħetil-gwerra fuql-Ukrajna , reġgħet feġġet lura f’moħħi b’iżjed qawwa.X’sar minnudal-proxxmu bla isem? Fejn marbir-rota ,dat-teżor żgħir imħolli lilu f’nofsdil-ħerba ? U kienet proprju dinl-immaġni f’moħħi meta ktibt “Fejn ħallejthar-rota meta ħrabt?”X’sar minnudar-raġel , u hemm xi ħadd li jimpurtah?Il-ġenerożità lejnir-refuġjati Ukreni filwaqt lil-Ewropa tkompli tibnil-ħitan tal-fortizza kontra kulħadd, tfakkarnafil-barbariżmu tal-mexxejja tagħna. B’dinil-poeżija , ul-oħrajn kollha miġbura hawn, ridt infakkarlill-mexxejja tagħna f’danir-raġel anonimu miexibir-rota , li jista’ jmut bħala konsegwenzatad-deċiżjonijiet tagħhom.
- Marzu 2026
Siġra bil-Frott
haw’ siġra ħabel ħajt niexef
il-friegħi kixfa tittewweb
għal-luq ileqq jismen bis-sekondi
jitbewwaq il-frott arbulat sforz il-gravità qed tiżganga
ir-regoli tas-soltu nxejħuhom
għax stajt ma kontx haw’
ħarsti tixxabbat minn fuq spalltek
sebgħi jinstaram fit-trofof għax ma jafx mod ieħor
għalfej’ aħmar nukleari t-tuffieħ?
għalfej’ iswed straġi s-sema?
fej’ naf?
- Marzu 2026
Distanzi Twal
L-esklussività
- Frar 2026
Jisimni Gianna
Fil-knisja ta’ San Ġorġ Martri — mhux wisq ’il bogħod minn fejn ġejt noqgħod ftit xhur ilu malli ntbaħt li
- Mejju 2025
persefoni tmur tixtri l-ħwejjeġ secondhand
Aħna nibdlu l-ġeneru
ma’ kull żerriegħa tar-rummien li nigdmu u nobżqu ’l barra.
Ġisimna jibdel l-istaġuni:
sitt xhur Ade
sitt xhur Demetra
sitt xhur alla bejniethom.
Il-libsa ħamravjola vjolenti fuq il-manikin
taħfinli ħarsti bħall-illużjoni tal-femminilità.
Fiċ-changing room għajnejk jaħarbu minn fuq ġismi għarqan bil-ponot ħotba
bħall-ganutell fuq sider il-libsa.
M’ilnix nafek siegħa u ġa rajtni għarwien:
għajni x-xellugija tingħalaq nofs
l-għazza sufija fuq it-tieni rukkell
ix-xaħam bqit f’żaqqi.
- Frar 2025
Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod
#1
1. 7236
Niddeċiedi li dan
- Mejju 2025
L-Għoxx Mera tar-Ruħ
Issibha diffiċli biex tqum minn fuq
- Mejju 2024
Bur Mgħeż #5
5.
Id-difna tal-memorji
Is-sit ta’ Bur Mgħeż jisfida
- Ġunju 2025
Invokazzjonijiet #5
5. il-ħames
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
- Ġunju 2025
Invokazzjonijiet #4
4. ir-raba’
Aphroconfuso,
la nerġgħu flimkien
iseħħu t-terremoti,
tgħidli, u nitħasseb
dwar il-ġlied, imma
int tgeżwer iperbole
mit-tqanqil. immerik
li kultant il-litterali
isbaħ mil-letterarju
Aphroconfuso,
la nerġgħu flimkien
iseħħu t-terremoti,
tgħidli, u nitħasseb
dwar il-ġlied, imma
int tgeżwer iperbole
mit-tqanqil. immerik
li kultant il-litterali
isbaħ mil-letterarju
- Ġunju 2025
Invokazzjonijiet #3
3. it-tielet
Aphroconfuso
għax sirtlek ruħ għedtli
meta tlaqtlek wara tliet
xhur u waqaft inkellmek
zoptu — ma tafx li nsiru
erwieħ wara li mmutu?
Aphroconfuso
għax sirtlek ruħ għedtli
meta tlaqtlek wara tliet
xhur u waqaft inkellmek
zoptu — ma tafx li nsiru
erwieħ wara li mmutu?
Aphroconfuso
għax sirtlek ruħ għedtli
meta tlaqtlek wara tliet
xhur u waqaft inkellmek
zoptu — ma tafx li nsiru
erwieħ wara li mmutu?
- April 2025
Invokazzjonijiet #2
2. it-tieni
Aphroconfuso,
jaqaw sirt taf li qed niktbek?
b’hekk qed tħallini kkalzrata
fi mkejjen, pjazez il-memorja
ta’ Castellania biex tieħu minni
bandi ta’ tama mwerżqa fin-niċċa,
il-berlina li għalaqtni fiha, jew trid
tal-kastig tibqa’ f’xi bnadi għama?
Aphroconfuso,
jaqaw sirt taf li qed niktbek?
b’hekk qed tħallini kkalzrata
fi mkejjen, pjazez il-memorja
ta’ Castellania biex tieħu minni
bandi ta’ tama mwerżqa fin-niċċa,
il-berlina li għalaqtni fiha, jew trid
tal-kastig tibqa’ f’xi bnadi għama?
- April 2025
Invokazzjonijiet #1
1. l-ewwel
Aphroconfuso
xħin rajtni nintelaq fl-ilma ta’
għajn tuffieħa u ħsibtni mhux
f’sikkti għax ngħasi ried jgħibni
mill-bajja bojja biex nitfaċċa nitfa
rondinella tpassi l-ibħra inkella
monakella taqbeż bejnet il-blat —
kif aphroconfuso għadni mqabbda
ma’ qaddek u ma salpajtx ’il fejn
ħjut il-ħut minn rasi mgħaddsa
qegħdin għalenija jqaddfuli?
- Ġunju 2024
Il-Kastell
Minn fuq is-swar tal-belt
tara għoljiet imwieġ iħaddru —
Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru.
Minn fuq il-fortizza
tilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir;
Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt;
Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila.
Mat-turġien dojoq taċ-Ċittadella
żgħożitna ħolmot f’qarn qamar jitferra’;
ħelsienna ttajjar maż-żifef sal-baħar;
imħabbitna tnaqqxet mal-ħitan, daħket fil-ħemda.
- Novembru 2023
Marċ Maqbuż
Ix-xitwa tmut hekk —
Gżira — jew bastiment — jgħibu fiċ-ċpar;
Riefnu jiġbed nifs sagħtar —
Berwieq għarwien fuq irdum,
wiċċ nemex tal-bużbież;
iħirsa — jew aħna — max-xifer.
Reżħa titlajja fi rkejjen, fuq għetiebi;
F’triq dejqa, antika, fi kmajra
xi ħadd jonqox ħajja — jew mit — f’zokk lewża;
Tifkira tiġi, minn imkien — jew minn xmara — għoddha taħsdek,
tmexxik fiha b’ħarsa kaħla, b’xofftejn ħajra,
sa tħallik — jew tħalliha — f’belt labirint.
- Novembru 2023
Wirja
Immorru, ukoll, minn labirint toroq,
għal wirja ta’ pitturi, statwi —
Qlugħ bojod f’ċpar ilwien jinbarmu;
swaba’ mwieġ deħlin fuq xatt mitluq:
U nofs dawra qaddisin martri
b’qillet ġrajjiethom f’idejhom, f’ħarsithom.
Mal-ħitan stqarrija safra trombi, platti, tnabar —
Minn fuq swar il-belt għajnejn għassiesa:
Imma aħna ngħaddu maġenb għorof li jafuna,
barumbara tiġġarraf tbarqam tifkira,
ġieri jilwi mill-blat, loġġa tittawwal;
għajn moħbija f’wied ħemda, palma f’dagħbien,
razzett jidwi daħka mit-twieqi, qasab iħaxwex riħ.
Żewġ nagħġiet joħorġu, iwieġbu għal leħinna.
- Ottubru 2024
Dwar sens ta’ ħarifa
Nazzarda ngħid li
- Frar 2025
Aċtu fl-Istonku
It-te aħdar itiegħem ħażin, forsi għax mhux tajjeb nixorbu filgħodu.
- Frar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#9
9. Forma numru sitta
Fl-aħħar raqda,
int tkompli għaddej.
U z-zijiet jippustjawlek
xagħrek f’kamra
kulur ix-xemgħa
mwarrba, f’San Luqa.
Fl-aħħar raqda,
int ma tismax.
Id-dinja tkompli titgerbeb
waqt li jdawrulek is-swaba’
t’idek il-leminija
ma’ kuruna taż-żibeġ tal-injam.
Fl-aħħar raqda
int liebes qalziet
imkemmex.
Ħalqek ma tiftħux
biex tgħidilna
“għadduh sew.”
Fl-aħħar raqda,
ġismek fiss.
U nħares lejk
togħdos taħt
ċorma fjuri mingħajr l-ittra
li ma kontx nista’ niktiblek.
Fl-aħħar raqda,
int tieqaf toħlom
U aħna mqajmin
noħolmu bik.
- Frar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#8
8. Prefazju numru tlieta
Il-ħolm fejn imur wara li jqajjimna? Il-mewta l-aħħar darba li noħolmu anki jekk għajnejna ma jingħalqux, ġisimna joħroġ il-kimiċi, li jitfgħuna fi stat “ħolmieni”. Kemm jekk aħna konxji tiegħu jew m’aħniex, id-demm uman jiġbed, u f’għadd ta’ kulturi, il-mewt nikkunsidrawha bħala raqda. U l-ħolm — kemm jekk inħallu lilna nfusna nindiehsu ma’ din il-forma ta’ ħsieb jew le — jieqaf u jiżvolġi fl-aħħar raqda għall-aħħar darba.
- Diċembru 2024
il-ġentrifikazzjoni tas-skiet
tistenbaħ kakofoniku
tħawwad il-borma
tixgħel il-kitla
tgħalli litru ilma
trattab l-arja bil-kafè
fwiħtu tittraslokani fil-belt tal-balavostri mdewda
u l-frontispizji mnaqqxa biċ-ċikonji
’l bogħod minn dawn is-subborgi ġentrifikati
qatt m’aft li l-kafè għandu effetti terapewtiċi
kien mingħalija li l-ħaxixa biss tpejjipha
biex taqla’ x-xewka f’sormok
minflokha ddaħħal sensazzjonijiet iċarrtu ħalqhom għal kapriċċik
biex issebbaħ lok mingħajr prinċipji estetiċi
biex iċċallsu b’saff verniċ
darba o ħadni praga fit-toroq nervużi ta’ žižkov
u qalli niddeċiedi jien jekk dil-akkwata kinitx ġentrifikata
meta għamiltlek dil-mistoqsija
weġibtni dubjuż jiddependi xi tfisser b’ġentrifikazzjoni u ħallejtni b’hekk
u lil o weġibtu bil-yoghurt tewmi tad-döner jiċċaflas ma’ ħaddejja
jiddependi xi tfisser b’ġentrifikazzjoni u ħallejtu b’hekk
- Diċembru 2024
nonfoħ fil-kustilji allużjonijiet ġodda
Tistaqsini jekk nemminx b’Ġesù Kristu imma
- Frar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#7
7. Forma numru ħamsa
Fl-iljieli, nistenna
l-Marrasa tiddi minn fuq xfieq
Iħarsu qigħan dil-gżira
Fl-iljieli, nistenna fil-gallarija,
noqgħod b’abti fuq ħoġor it-tieqa
tan-nofs, ngħodd il-karozzi, bajda
bajda
sewda
griża
Fl-iljieli, narani nitgħannaq
waqt li nħaddan l-imħadda
u nħoss is-sema fl-investi
tal-qoton ċelesti
Fl-iljieli, narani ndur u nitgerbeb
sakemm nispiċċa fuq in-naħa
li dejjem norqod fuqha
u hemm vera tibda t-tertuqa.
- Jannar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#6
6. Forma numru erbgħa
Ballun-ħġieġa jaqa’
U jis
\
piċċa
/
ja
\
qa’
/
fil-
\
fond
ilma
Wiċċ ċar, bjond,
Iħares lejn surtu
jżomm kopp fid-dell
jitkaxkar mal-jum
Id titla’ għal fuq moħħ
––is-silenzju wara li
ċagħqa tkexkex l-ilma
Ix-xemx tinqala’ minn postha
u tiltaqa’ mal-art fejn
is-sħana tinħass
bejn żewġ koxox taħt gverta
tas-suf.
Ballun-ħġieġa jaqa’
U jis
\
piċċa
/
ja
\
qa’
/
fil-
\
fond
ilma
Wiċċ ċar, bjond,
Iħares lejn surtu
jżomm kopp fid-dell
jitkaxkar mal-jum
Id titla’ għal fuq moħħ
––is-silenzju wara li
ċagħqa tkexkex l-ilma
Ix-xemx tinqala’ minn postha
u tiltaqa’ mal-art fejn
is-sħana tinħass
bejn żewġ koxox taħt gverta
tas-suf
- Jannar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#5
5. Forma numru tlieta
Art…
Art…
Ħobbni ħobbni arti ħobbni,
semmagħli l-għajta t’amorin
Għandek lili biex issir taf
u lilna lkoll biex tnin
Art…
Art…
Li kont naf dak nagħsek fejnu
kont ingħidlek biex iġġemmgħu
żommu kollu f’vażett ħlejju,
ostru sew titfgħux għall-bejgħ
Art…
Art…
Art…
Art…
Ħobbni ħobbni arti ħobbni,
semmagħli l-għajta t’amorin
Għandek lili biex issir taf
u lilna lkoll biex tnin
Art…
Art…
Li kont naf dak nagħsek fejnu
kont ingħidlek biex iġġemmgħu
żommu kollu f’vażett ħlejju,
ostru sew titfgħux għall-bejgħ
Art…
Art…
- Jannar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#4
4. Prefazju numru tnejn
Is-snajja’ u l-metodi tal-antenati tagħna jibqgħu fostna bla ma nafu kif. Nimxu fit-toroq siekta qalb xogħol idejn nies li m’għadhomx magħna biex iraqqdu lil dawk li m’għadhomx magħhom. Is-snajja’ u l-metodi tal-antenati tagħna jibqgħu fostna bla ma nafu kif. Nimxu fit-toroq siekta qalb xogħol idejn nies li m’għadhomx magħna biex iraqqdu lil dawk li m’għadhomx magħhom.
- Jannar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#3
3. Forma numru tnejn
Mort ngħum
saqajja jagħtu
u jagħtu
u jagħtu
u joħolqu ondi kbar
li jinkisru mas-saba’ l-kbir
ta’ sieqi l-leminija
u mbagħad ix-xellugija.
L-għaraq jisponta taħt xagħri
jinżel sa denbi kut’ kut’.
Purtella tingħalaq f’salt.
Id-dawl jiftaħli għajnejja.
L-għaraq jogħdos għal ġol-friex.
Mort ngħum
saqajja jagħtu
u jagħtu
u jagħtu
u joħolqu ondi kbar
li jinkisru mas-saba’ l-kbir
ta’ sieqi l-leminija
u mbagħad ix-xellugija.
L-għaraq jisponta taħt xagħri
jinżel sa denbi kut’ kut’.
Purtella tingħalaq f’salt.
Id-dawl jiftaħli għajnejja.
L-għaraq jogħdos għal ġol-friex.
- Jannar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#2
2. Forma numru wieħed
Fuq ix-xaqliba
tal-Lvant tal-Qala,
idi qiegħda
taħt geddumi
fuq sodda kważi franka
moħħi
jnixxi
l-ħaxix
iraxxex
maż-żifna
tar-riħ
is-swaba’ ta’ saqajja
jniżżlu għonqhom
u driegħi jistrieħ
ma’ abti
u qalbi tħabbat
mal-mota
ta’ San Kerrew
Fuq ix-xaqliba
tal-Lvant tal-Qala,
idi qiegħda
taħt geddumi
fuq sodda kważi franka
moħħi
jnixxi
l-ħaxix
iraxxex
maż-żifna
tar-riħ
is-swaba’ ta’ saqajja
jniżżlu għonqhom
u driegħi jistrieħ
ma’ abti
u qalbi tħabbat
mal-mota
ta’ San Kerrew
- Jannar 2025
Kullana ta’ Għanjiet Dwar il-Ħolm
#1
1. Prefazju numru wieħed
Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom.
- Mejju 2024
lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar
il-kliem li ktibtli dalgħodu m’hediex.
għadni nhewden x’messni għedt
biex niskonġr’hom minn għadmek —
minn leħnek. bexxaqtli tieqa bihom;
ilmaħtek bilqiegħda fil-kamra, waħdek,
diqitek tidwi fil-vojt għammieq.
Mill-bogħod, imbagħad, ġew il-vrus…
qaluli li inti, poeta, m’għadekx tħożż hekk,
għall-gost. issa li qbadt ir-ritmu taċ-ċinju
tixtieqek għadek bilbla tgħanni binhar.
tibżax: l-istrument għadu f’idejk bla trab.
u inti bħal wieħed vera xiħ li jinsa kollox,
ank’isem ommu, qabel jinsa kif jaqbad
dak l-argunett ta’ dari. titnih kif titnih,
ħa jdoqqlok ħelu, sabiħ.
- Diċembru 2023
Joey Tilbes, it-Tabù Tinża’
Joey kienet tinżel imlibbsa u mpittra, saff eyeshadow abjad
- Frar 2024
Il-Mara tas-Suldat
Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu,
- Lulju 2024
Sottomissjoni
U bħal b’vendikazzjoni ddeċidiet ma tkomplix tipprova, u għal ftit minuti komplew jixorbu
- April 2024
Persjani
Ħa niktibha hawnhekk forsi nikser iċ-ċirku vizzjuż. Fi kliem Keats,
- Jannar 2024
Is-Solitudni tal-Fotografu
Hawn xbin, trid kafè?
Minn ġol-džezva
jissawwab il-meraq ġamri
li ’l-qalb dalwaqt iġibha
ġunġliena mġenġla.
Deħlin u ħerġin
ħbieb u sangisugi,
sangisugi u ħbieb.
Min ġej għal daħqa mqaħqħa
u għabra għerf,
min ġej ilaqqat qatra
mit-tlellix t’ismu,
min ġej jippoża
bil-ħnejjiet bil-ħbub bil-ħotob b’kollox
għal kjaroskur fil-ġelatina
tal-melħ fiddien.
Ħajduk tal-ktieb,
partiżan tad-dadaiżmu,
kewkba ħamra tal-kamera
u tal-kamra skura —
il-ġinni tal-istanjata
jaf itella’ fil-wiċċ
sal-iċken farka dija
mistoħbija f’kull ruħ.
Ftit jew ħadd
ma jobsor però
li wara l-lenti
fejn l-iktar li jħossu
dilettant u battal.
Iktar ma jiżvoga,
iktar ma jiffoka
u jkejjel il-waqt
li jniżżel iż-żewġ terzi ta’ werrej
għal fuq il-buttuna,
iktar ikompli jagħfas
id-diqa mtaħħta ta’ ġo fih.
- Mejju 2024
ġenealoġija ta’ bankina
faċċata tpoġġi parrukkiera
- Marzu 2024
Likantropi
Kull fejn tħares tara kurċifiss: Kristu
- Jannar 2024
Bur Mgħeż #4
4.
Ħallejt it-tebut għal ġisimha biss
Il-biċċiet
- Novembru 2023
Bur Mgħeż #3
3.
Qegħedtha ġo qabar fuq l-Għolja tal-Ħorr
Wasalt
- Jannar 2024
Manifest Kontra ż-Żmien
Ħames mitt pass. Ħames mitt pass hemm
- Diċembru 2023
Flaming Fag
int sabiħ
le / żommh’għalik / jekk troddhieli ma nemmnekx
meta ngħidlek hekk mhix l-intenzjoni tiegħi / li nagħmel minnek katavru
kemm-il poeżija xaqqaqna / bl-iskuża tal-għerf / biex kemm ninsewhom / dawk il-ħaġiet mejta / u nġorruhom lura d-dar fuq daharna / mingħajr ’qas kas?
hekk tgħallimt f’dawk il-mortwarji skolastiċi: / is-sabiħ jitlob li jiġi mifhum / il-fehim jitlob is-sagrifiċċju tas-sabiħ
- Diċembru 2023
Insalata
Il-memorja
- Awwissu 2023
Bil-Moħbi fil-Beraħ
Matul
- Novembru 2023
-Na -I -Hom
Fl-ewwel minuti luċidi ta’ kull filgħodu
naħseb biex immur mixja lejn il-ġnien li jħallini mdellka bin-nostalġija
biex inħares lejn il-bieb magħluq li jgħiduli li int kont hemm għassa miegħu kuljum u
l-kamra kulur it-te meta titfagħlu l-ħalib tal-bott li issa
spiċċat mużew tal-karti llaminati li jiftaħ kull jumejn
Il-bejta għall-ħarba kull nhar t’Erbgħa tal-grupp lebsin l-iswed għax cool
għaddejjin nitmiegħku maż-żrieżaq
daharna mal-arbli tal-bandli
nitkażaw dwar x’għamlu dawk fil-kumplessi tal-garaxxijiet —
l-ispots tal-konsulenzi romantiċi tat-tfal bravi Nsara aged 13 and up
- Novembru 2023
Qamar Aħmar
Virginia weġbitha li dawn huma fatti
- Ottubru 2023
Bur Mgħeż #2
2.
Dfintha fil-libsa li mietet fiha
Fl-immaġinarju Malti,
- Settembru 2023
Bur Mgħeż #1
1. Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar
Bur Mgħeż għeb
- Ottubru 2023
Żerriegħa
Fil-ħarifa
- Mejju 2023
Il-Kuxjenza fit-Truf
Bħalma żgur skoprew ħafna qabli, meta tkun qed tittraduċi
- Mejju 2023
It-Tipjip
(tr Joe Gatt)
L-ewwel sigaretti li pejjipt m’għadekx issibhom għall-bejgħ. Għall-ħabta
- Mejju 2023
Reċti tal-Kbar , Parties tat-Tfal
Nistgħu niftħu b’xena nsuqu minn fuq flyovers nofshom kompluti waqt li nqallbu
- Awwissu 2023
Lejl u Nhar
Il-ħitan bojod joqtluk naqra naqra kuljum. Tipprova ma tismax
- Mejju 2023
Qarn (silta)
Idi
- Lulju 2023
Medusa
Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’
- Ġunju 2023
Ġilda
Hemm karru
- Mejju 2023
Ħsieb il-Ħamiema
Faqqgħet bħall-qniepen
- Ġunju 2023
Ġismi Battikata
Ġismi żar ħafna postijiet projbiti jew perikolużi. Ġismi għadu ħaj. Xi daqqa ’l hemm u ’l hawn qala’ wkoll. Relazzjonijiet ta’ mħabba tossika ħallew marki interni u mentali li affettwaw kif jirrelata dan ġismi ma’ ġisem ieħor — sigurtà, kumplessità, thewdin
Abbona
Tista’ tabbona fil-podcast fuq Apple Podcasts,Youtube, Pocket Casts, Spotify, jew billi tfittex “Aphroconfuso” fuq l-app li tuża. Tista’ wkoll iżżid dan l-RSS feed fl-app tiegħek.