Meta nirrakkuntaw
Il-Kliem fit-Teorija
lessiku proviżorju ta' termini filosofiċi
-
- 07.03.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
alterità
Ngħid għalija, meta nagħżel li nuża
l-kelma “alterità”, nużaha biex nirreferigħat-tip ta’ “ieħor” li jikteb dwaru Levinas.L-alterità tal-Ieħor m’għandhiexx’taqsam ma’ meta ngħidu li xi ħadd ġie othered, ċjoè meqjus inferjuri, eskluż miċ-ċentrutan-normalità , abjected (din tkun kelma oħra ta’ min ningaġġaw magħha). Kif nifhmu jien, għal Levinas,l-alterità tal-Ieħor hija dikil-kwalità (anzi, hija nonkwalità, għax ma tinqabadx f’kategoriji) li lili twaqqafni milli nirreduċilill-Ieħor għal sameness. (La qegħdin fiha, sameness kif tiġibil-Malti ? “Identiċità”? “Stessiżmu”? Hekk issuġġerew xi wħud fuqil-grupp Kelmetil-Malti fuq Facebook.)L-alterità , allura, mhijiex vjolenza (bħalma ġeneralment tkun meta xi ħadd jiġi othered); anzi, għal Levinas,il-vjolenza sseħħ appuntu metal-alterità tal-Ieħor inwaqqgħuhagħall-kategorija tal-familjari. B’hekk, inkunu ħnoqniehlill-Ieħor , ġibnieh oġġett. Allura, “alterità”, għalija, iġġorr magħha konnotazzjonijiet ta’ fraġilità, valur, vulnerabilità li tinforma attitudni etika. Wara kollox,il-filosofija ta’ Levinas hijal-etika tal-alterità. -
- 12.02.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
queer/kwir
Meta kont qed naħseb dwar queer,
bil-Malti , ħassejt li kemmil-verb (to queer) kif ukolll-insla tiegħubħall-aġġettiv queer tant huma dependentifid-diskors politiku u teoretiku queer fuql-għeruq tiegħumil-Latin torquere (Sedgwick, Halberstam, Chen) illit-tħaddim ul-potenzjal tiegħu jinsab eżattamentfl-isfond (u joħroġmill-isfond ’il barra). Għalkemmil-kelma fil-verżjoni tagħha miktuba kif tinħass (“kwir”)fil-Malti qisha daħlet mhux ħażin, madanakollu, dinil-verżjoni taf toskura dan kollu li għadni kif għedt.Mill-Ġermaniku quer nistgħu naslugħat-terminu “laġenbiżmu” (eż. poeżija “la ġenba”) mentrimil-Latin torquere nistgħu naslugħat-terminu “tagħwiġ”. Però nħoss li kelmiet bħal dawn se jiddiżassoċjaw minn (u b’hekk jinjoraw) dak kollu li hu storja queer, passat queer, potenzjal queer. Naqbelmal-entrata ta’ Omar (25.04.23), li partimir-raġuni li kulħadd qed jużal-kelma queer madwarid-dinja fi kwalunkwe lingwa, hi, nissuspetta, biex tingħaraf. Barra minn hekk, ma nistax ma naħsibx lil-kelma “queer” infiltratfid-diskors kontemporanju tant li kkristallizzatsal-punt li saret “intraduċibbli” (Cassin, Apter). Dwaril-kontinġenzi , eżempju queering jew queerness, inħoss li minkejja li jistunaw ftit mhux ħażin, għandna nħalluhom hekk. (Eż: “X’jippożizzjona l-queerness bħala għodda…”) -
- 13.02.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
xewqa/xenqa
Il-kelma “xewqa” togħġobni iktar ukoll għaliex tista’ timplika element konxju fejn
is-suġġett konxjament jista’ jixtieq xi ħaġa partikolari, filwaqt lil-kelma “xenqa” timplika passività fejnis-suġġett ma jistax ma jixxennaqx għal dak li m’għandux. Naħseb li għal Lacan,il-kunċett ta’ désir jopera kemmfil-konxju u kemmfl-inkonxju . F’danis-sens ,is-suġġett inkonxjament jixtieq totalità, jixxennaq għaliha, ufl-istess waqt li danl-impuls inkonxju jiggvernax-xewqa ,ix-xewqa nnifisha titlibbes forma lis-suġġett huwa konxju tagħha, bħal pereżempju:il-fantażija ta’ suġġett Ingliż awtonomu, ħabrieki, patrijott, aħjarmill-Ewropew u miżmum lura appuntu minħabbal-Ewropew inferjuri ul-Ewropew li jrid idaħħall-immigranti , flimkien ma’ fantażiji dwar narrattivi ta’ grandjożità imperjali u kolonjali. Dinil-fantażija Ingliża ġiet immanifestata b’mod konxju f’dawkil-votanti pro-Brexitfl-Ingilterra fl-2016.L-identifikazzjoni mal-kampanjatal-Brexit topera kemm fuq livell konxjufis-sens lis-suġġett Ingliż ħaseb li ġaladarbal-Ingilterra toħroġmill-UE , ħa jerġa’ jsir sħiħ kif ukoll jitpaxxa (iħoss sens ta’ jouissance)bir-riżultat tal-vot.Fl-istess ħin, dinil-faċċata konxja qed tgħattil-implikazzjoni mistura ta’ xenqa għal totalità li qatt ma tista’ tinkiseb: fejn anki wara Brexit dak li ġie mwiegħed, ma wasalx.