-
Analiżi instantanja dejjem perikoluża. Bħal kamera ta’ veloċità għolja,
l-istorja kontemporanja hijafil-periklu li tinħakemmill-fluwidità ul-indeterminazzjoni tas-sitwazzjoni li qed tipprova taqbad, imrassa kif inhi bejn dettall impressjonistiku u astrazzjoni grandjuża. Ċertament jidher diffiċli li tiktebl-“istorja tal-preżent” metal-preżent innifsu sar daqshekk diffuż: hekk kifit-teorija Marxistatal-istorja nħasset skaduta f’epoka ta’ waral-istorja ,il-“polikriżi ”, dinl-akkumulazzjoni ta’ kriżijiet, dejjem tinsab pass qabilnafl-astrazzjonijiet tal-għaġeb tagħha: tnaqqis ta’ ħamsin fil— “Kollox Iperpolitiku” ta’ Anton Jäger
— “Kollox Iperpolitiku”
ta’ Anton Jäger (tr Karl Baldacchino) -
Bil-miġja
tar-reality TV,is-sorveljanza ġiet trasformata f’forma ta’ divertiment li nnormalizzatl-att ta’ li tiġi osservat. Billis-sorveljanza ġiet ippreżentata bħala esperjenza eċitanti, li ma tagħmilx ħsara, u anki ta’ aspirazzjoni, programmi bħal Big Brother għenu biex iwittut-triq għal soċjetà fejnis-sorveljanza high-tech mhux biss tiġi aċċettata iżda mħaddna b’mod attiv. Big Brother, lifil-kitba ta’ George Orwell kien twissija kontra stat ta’ sorveljanza, issa nbidel f’ikonatal-kultura — u jservi bħala reklam għall-kapitaliżmu ta’ sorveljanza fejnit-traċċar tan-nies ul-ġbir — “Ilkoll Parti mill-Istaġun…” ta’ Davinia Hamilton
— “Ilkoll Parti mill-Istaġun li Jmiss”
ta’ Davinia Hamilton -
Ċertament, dawn
il-magni tal-qari se jaħjuhal-letteratura .Fl-aħħar ikollna ġgajta fuq ġgajta ta’ qarrejja li anki jekk jitħajru jiktbu huma stess, xorta waħda jifdlilhomil-ħin biex jaqrawil-kitba tagħna.L-ilsna ż-żgħar, lis’issa jkunu gawdewmill-prestiġju tal-kitba artiġġjanali, issa jindunaw li jistgħu jibbenefikaw iktar minn dinl-innovazzjoni milli biss joqogħdu jistennew li kulħadd jiggustahom għax żgħar. F’daqqa waħda jkollna miljuni fuq miljuni ta’ qarrejja ul-Malti jkollu sfera kbira daqstal-Ingliż ,l-Ispanjol ,l-Għarbi ,in-Navajo . Ilsienna issa jkun oċean immens, kożmos sħiħ ta’— “Il-Magna tal-Qari” ta’ Joe Gatt
— “Il-Magna tal-Qari”
ta’ Joe Gatt -
Chaosmose huwa
t-titlu tal-ktieb finali ta’ Félix Guattari.Il-kunċett ta’ kaosmożi ħareġmix-xogħol preċedenti ta’ Guattari, partikolarmentmill-kunċett tar-ritournelle tiegħu u ta’ Gilles Deleuze.It-terminu “kaosmożi” jalludi għall-pożizzjoni ta’ awtoritàtal-kaos , ul-prospett tal-evoluzzjoni osmotikatal-kaos innifsu.Il-ħidma fundamentalital-kaosmożi hijal-interazzjoni bla waqfien bejnir-respirazzjoni kosmika ur-ritornelli tas-singularità.L-ordni stabbilita — soċjali, politika, ekonomika u sesswali — għandhal-għan li tinforza konkatenazzjoni li twebbes u toħnoql-oxxillazzjo — “Nifs: Kaos u Poeżija #2” ta’ Franco "Bifo" Berardi
— “Nifs: Kaos u Poeżija”
ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino) -
Dan kollu fejn iħallih
lill-biennale Malti? Nistgħu ngħidu li dan huwa, jew għandu,il-potenzjal li jkun biennale postkolonjali jew antikolonjali, ta’ reżistenzamill-periferija bħalma jipproponi Marchart? Għalfejn — jew għalfejn le?Fir-reċensjoni tad-darbal-oħra kont qajjimtil-punt li, bħal ħafna mudelli, modi, u forom (kulturali) oħra li fis u mingħajr ħafna ħsieb nadottawhom bħala lokalimal-mument li jaslu f’pajjiżna, dan hu mudell impurtat u li ħafna kritiċi prominentifl-oqsma tal-arti ul-kultura jaqblu li hu, ukoll (fil-maġġoranzatal-każijiet) , pjuttost eżawrit. Minħabba dan u minħabba— “Kundizzjonijiet ta’ (im)p…” ta’ Manuela Zammit
— “Kundizzjonijiet ta’ (im)possibbiltà tal-Biennale ta’ Malta”
ta’ Manuela Zammit -
Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita
tas-sajf bħal kull sena oħra iżda dinid-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċerfl-istonku , ikrah ferm,tal-biża ’ waħx. Imnalla kellul-għasafar biex jedha u lil ommi, li hil-pilastru tal-familja u mingħajrha ma nagħmlu xejn. Imnalla kellna ftit minn dawnl-għasafar id-dar magħna għax lil ommi ħabbewha wisq, u hi lilhom. Ommi tqala waħda kellha, u ħarġulha tnejn f’daqqa. Ifhem, mhux eżatt hekkl-ist — “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt
— “Qarn (silta)”
ta’ Romeo Roxman Gatt -
Fil-prefazju tiegħu għal Tractatus Logico-Philosophicus, Wittgenstein jikteb, “sabiex inkunu nistgħu naqtgħu linja ta’ limitu għall-ħsieb, inkunu rridu nsibu
ż-żewġ naħattal-limitu li jista’ jinħaseb (jiġifieri, irridu nkunu kapaċi naħsbu dak li ma jistax jinħaseb).” Iktar tard, huwa jgħid:Il-limiti tal-lingwa tiegħi jfissrul-limiti tad-dinja tiegħi.Il-loġika tinxteredfid-dinja u timlieha:il-limiti tad-dinja huma wkollil-limiti tagħha. Allura,fil-loġika , ma nistgħux ngħidu, ‘Id-dinja fiha din, u din, imma— “Nifs: Kaos u Poeżija #2” ta’ Franco "Bifo" Berardi
— “Nifs: Kaos u Poeżija”
ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino) -
Ġilda. Kull bniedem adult għandu
mal-erba ’ kilogrammi ġilda. Jekk issaqsi lil xi ħadd għal listatal-organi li għandul-bniedem , għid li dak li jkun se jinsa jsemmilekil-ġilda , li hijal-ikbar organufil-bniedem .Il-ġilda tgħattina, tiksina, bħal burdura li żżomm kolloxfil-konfini tagħha, fi ħdanha.Il-ġilda tipproteġina,mill-elementi u minn daqqiet li kieku ma kienx għaliha jaqilgħuhom organi iktar sensittivi. Peròl-ġilda hi tfakkira li aħna mġissma. Ma tantx tintużadil-kelma f’danis-sens; forsi messha tintuża iżjed. Qabel ma aħna dak jewl-ieħor , anzi, sabiex inkunu dak jewl-ieħor — “Ġilda” ta’ Kurt Borg
— “Ġilda”
ta’ Kurt Borg -
Glissant isemmi wkoll
id-diżordni ul-kaos , li hu jikkunsidra bħala forzi produttivi li jitfaċċaw hekk kifl-assunzjoni falza — lid-dinja u dak kollu ta’ ġo fiha jista’ jiġi kklassifikat, iddefinit, mifhum totalment, u ordnat skont loġika universali (il-filosofijatal-Punent) li toriġina minn ċentru singulari (l-Ewropatal-Punent ta’ Fuq) — tibda tfalli ud-dinja tiżvela ruħha bħala irreduċibbli għal dinil-perspettiva waħda. F’Poétique de la Relation Glissant jintroduċi wkollil-kunċetti tat-“trasparenza” ul-“opaċità ” lil-ktieb huwa tant magħruf għalihom. Hawnhekk,it-trasparenza hijal-a — “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha …” ta’ Manuela Zammit
— “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha Ritratt Ieħor”
ta’ Manuela Zammit -
GĦal tlett iljieli bejn Awwissu u Ottubru 2023, bħala parti
mill-wirja The Wind Blows Waves… In All Directions, ikkurata minn Bobb Attard u Dali Aguerbi, jien għamilt insalata għal udjenza miġbura fi Spazju Kreattiv u tkellimt fuqir-relazzjoni bejnl-ikel ul-ġeneru . Għamiltl-ewwel verżjoni ta’ dinil-performance Klabb Ħawaj f’Settembrutal-2022 , u kont naf li kelli bżonn naħdem fuql-istruttura teatrali tagħha, anki jekkl-ideat teoretiċi kienu ilhom iberrnuli. Jien u nipprepara għall-verżjonil-ġdida , qsamt danil-ħsieb ma’ ħabibti Michela u spiċċajna noħorġu b’ħafna ideat u ħaf— “Insalata” ta’ Noah Fabri
— “Insalata”
ta’ Noah Fabri -
Hawn m’hawnx xemx.
Is-sema abjad bħall-għadam. Ħares ’l hawn. Baħħ, m’hawnx ruħ.Ir-riħ ivenven ul-weraq jinxef. Fejn maril-gawwi , jittajjar fuq trufl-art ? Jitbaskatfin-nirien ta’ nżulix-xemx . Tar lejn artijiet imbiegħda malli nġema’s-sħab . Fejn qed tistaħbax-xemx tisreġ, fejn marid-dawl ? Ħares lejja. Wiċċi kulurit-terra , donni rajt fatat. U ara għajnejja, mhux qed tarahom neżlinġol-ħofra , imdawrin swidija? Għażiż tiegħi, ġieli ħarist lejn sema ikħal, u ftit ftit rajtu jiddallam u jissaħħab, imbagħad jiswied? Ftit wara jinfetħu bwiebis-sema ufil-pr — “Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea
— “Lejl u Nhar”
ta’ Miriam Galea -
Ħames mitt pass. Ħames mitt pass hemm
mill-aħħar tarġa quddiemil-bieb tax-xogħol għall-bus stop li rrid nieqaf u nistenna fuqha. Sarul-ħamsa u nofs u ħamsa, ur-riħ ta’ Diċembru reġa’ tani naqra ħajja wara tmien sigħat inħares lejn skrin, inħarbexl-emails li jintemmubil-kind regards u li jibdewbil-hope this email finds you well — dejjem b’exclamation mark biexil-persuna li tirċeviha tkun taf li jien waħda minn dawkl-orrajt . Inħares lejnit-tabella tal-bus stop darb’oħra biex inkun ċertissima li qiegħda fuqil-waqfa t-tajba. Mhux għax ma nafx jekk jienx ippustjata sew, imma tibda thewden war— “Manifest Kontra ż-Żmien” ta’ Kris Polidano
— “Manifest Kontra ż-Żmien”
ta’ Kris Polidano -
Ilni ma nikteb żmien twil. Nixtieq nikteb fuq waħda
mill-iktar affarijiet importanti ta’ ħajti li għadni kif għaddejt minnha għaxart ijiem ilu, però kulma nista’ naħseb u nikteb dwaru bħalissa huma cowboys qosra bħalifil-BMWs , sigarettfl-id li qed iżżomml-isteering disgħin grad miċ-ċentrutal-istonku għall-minkeb li jibqa’ ħiereġ kemxejn barramit-tieqa . Polo shirttat-Tommy , wiċċ ismar, qatgħa xagħar friskatal-barbier ut-tfajla iperfemminili ftit pulzieri ogħlafis-seat tal-passiġġier.In-numru tal-pjanċa LAJF. Hemm grupp ta’ nisa maskili li nilmaħ madwaril-Belt , ġeneralment jien inkun mi— “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt
— “Qarn (silta)”
ta’ Romeo Roxman Gatt -
Jien li kbirt f’Malta
tad-disgħinijiet , għandi memorji ċarissimi ta’ karozzi b’kuluri vivaċi, jgħajtu, kollox daqqa ta’ pinzell minn landa Hempel, ladarba ma setgħetx tinsteraq iżjed żebgħa mingħandil-militar wara li telqus-servizzi fl-1979. Ma kienx jimporta jekkil-karozza tqattarxiż-żejt , jew iddaħħanx, jew għandhiex bżonn ta’ ġeblamar-rota meta wieħed jipparkjaha f’niżla.L-importanti kienul-istickers tal-Vibes jewil-Grotta mwaħħlin f’nofsil-ħġieġa ta’ wara, li tant kienu komuni fuqil-karozzi , kont taħseb li kienu joħorġuhom bihommill-fabbrika , trim addizzjonali, bħall-GT jewis-Sup — “Inkejja #1” ta’ Ryan Falzon
— “Inkejja”
ta’ Ryan Falzon -
Kelli nagħmel check-out
sal-ħdax ta’ dalgħodu, wara lejl wieħed ġewwa hostel viċinl-istazzjon tal-ferrovija Barcelona-Sants. Qattajt nofstanhar naħdem minn saladbar-kafetterija fiċ-ċentru, biex nipprova nlaħħaq ma’ ftit xogħol li rrid inħabbat wiċċi miegħu meta nirritornad-dar , u issa rġajt lura lejnil-hostel biex niġboril-bagalja ul-basket addizzjonali. Għad fadal naqra iktar minn siegħa qabel ma jiġi għalijatat-taxi biex joħodnil-port , u noqgħod nistennafiż-żona komunalital-hostel sakemm idoqqud-disgħa .Tat-taxi jdum idur ftit, kważi jwaqqafni f’terminal ħażin, ubis-saħħa tal— “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bi…” ta’ Kristina Borg
— “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod”
ta’ Kristina Borg -
L-ittri ta’ Otman bdew ġejjin kważi kuljum.
Fl-14 ta’ Frar 1973 qalilha li ma jafx għala qed tibqa’ tiddubitah. Taf li nħobbok u nwiegħdek li se niġi f’Marzu biex nitgħarrsu u niżżewġufis-7 ta’ April. Iddeċidejtid-data jien. Kieku nista’, niġi issa stess imma ma nistax għax ma jtunix leave minn hawn. Għandi ġimgħa waħda biss, imma f’ġimgħax’se nagħmel? Irrid ġurnata biex immurmid-deżert għal Tripli, jumejn biex itunil-visa , ġurnata oħral-bank , u f’jumejn żgur mhux se niżżewġu. Ipprova rraġuna naqra bħali u ħallik milli niġi malajr. Għinni naqra, Jos, u jekk ittini daqqat’id inti, ngħin— “Es Sidr #3” ta’ Omar N’Shea
— “Es Sidr”
ta’ Omar N’Shea -
Meta
fl-1974 Herbert Ganado beda joħroġil-volumi ta’ Rajt Malta Tinbidel,il-proġett ewlienital-ħajja pubblika tiegħu kien fallabil-kbir . Dom Mintoff — “li ried iġarrafil-kolonni tas-soċjetà antika Maltija,tat-tempju Malti” — issa kien ilufil-gvern tliet snin ul-pajjiż kien bedabil-mod jaqbadit-triq tal-lajċiżmu li Ganado kien tant ħadem kontrih. Malta kienet ħadetl-indipendenza għaxar snin qabel, kmieni wisq skont Ganado, u issa kienu qed jitneħħewmill-kostituzzjoni l-privileġġi kollha lil-Ingliżi , kontra qalbhom, kienu ħallewlill-Knisja . Ganado, bħall-Arċisqof Gonzi, ma kienx r— “Leħen Ganado” ta’ Joe Gatt
— “Leħen Ganado”
ta’ Joe Gatt -
Nispera li
t-tifla liebsas-seatbelt fuq wara. Mhux jien daħħalthafil-karozza u ma tajtx kas meta tlajt. Niżlinin-niżla lejnir-roundabout ,it-triq taħtl-Imdina , viċinis-Saqqajja . Triq rurali, f’nofsl-għelieqi . Ġurnata sħunat’Awwissu . Ma kien hemm ħaddfit-triq , u mnalla.L-oħra qed taqlebmil-lane leminija għal-lane xellugija, ta’ barra.X’inhi tagħmel? U bla indicator,is-soltu . Mhux indurumar-roundabout suppost? Biex immorrud-dar irridu nieħdut-tieni exit lejn Ħaż-Żebbuġ. Dik raqdet. Żgur raqdet! Ma kellix għalfejn inħares lejha, kont naf. Raqdet hi u ssuq. Kont ipparalizzat bi— “Opportunità Mitlufa” ta’ André Vella
— “Opportunità Mitlufa”
ta’ André Vella -
Otman reġa’ kitbilha għaxart ijiem wara,
fis-27 ta’ April 1971, u qalilha li se jmur field breakfit-12 ta’ Mejju 1971.Fl-ittra aċċenna għal xi ħaġa li ġrat bejniethomfil-passat , iżdax’kien ġara eżattament mhux ċar. Milli jidher semmietlu xi ħaġa li dejqitu u li ma xtaqx jitkellem iktar dwarha. Idawwaril-kliem minnufih għal kritikatal-Kunsill tal-Kmand Rivoluzzjonarju, ta’ Gaddafi ut-tmexxija tiegħu li diġà qed tikxef snienha sentejn biss waral-kolp ta’ stat, u fuqix-xewqa li jitlaq minn Tripli u jmur lural-Ingilterra fejn kien mar jagħmel sena jistudja. Lesta li tiġi miegħil-Ingilt — “Es Sidr #1” ta’ Omar N’Shea
— “Es Sidr”
ta’ Omar N’Shea -
Purity (2015) mhuwiex
l-aqwa rumanz ta’ Jonathan Franzen,fl-opinjoni tiegħi. Madankollu, danil-ktieb jista’ jkun iċ-ċavetta biex nifhmubis-sħiħ l-universtal-awtur . Purity jitfa’ dawl ġdid fuqil-kotba preċedenti ta’ Franzen, u jiżvelal-pjan ġeneralitax-xogħol kolossali tiegħu, li huwa ddedikat għad-deskrizzjonitat-tnawwir tar-ruħ Amerikana ut-tidwib tal-moħħ Amerikan.Ir-rumanz joffri ħjiel għall-analiżitas-sensibbiltà bajda Amerikana,il-psikożi razzista li qed terġa’ titfaċċa, ul-ħarba sussegwenti lejnl-isfera tal-astrazzjoni diġitali. Purity jitfa’ dawl fuql-ossessjo — “Nifs: Kaos u Poeżija #6” ta’ Franco "Bifo" Berardi
— “Nifs: Kaos u Poeżija”
ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino) -
Qatt ma skoprejna
x’jiġri li kellna nittardjaw. Dejjem naslu eżattfil-ħin , naqbżu ’l barramill-vann , ngħaddumill-kanċell il-kbirtal-ħadid , u nitilgħut-taraġ sparati. Kull ġurnata hil-istess ġurnata. Inħeġġeġ ’il ġismi jħaffef, daqslikieku kien annimal apparti minni nnifsi, immat-toqol tal-basket mimli kotba jillajmani. Kważi niżloq quddiemir-reception , nisprintja għalġos-sala tal-assembly, nilheġ, bla nifs. Sister Anthony, deo gratias, għadha mhix hawn. Qalbi tant qed tgħaġġel, qed naral-istilel iduru bija. Inżommmal-ħajt biex nieħun-nifs u niffoka għajnejja fuqil-madum maqsu— “Likantropi” ta’ Davinia Hamilton
— “Likantropi”
ta’ Davinia Hamilton -
Rabja u aggressjoni u wġigħ. Kważi tliet ġimgħat wara
l-operazzjoni . Uġigħ mhux bħall-ewwel ġimgħa, imma sidri għadu juġagħni sew.L-irjus tal-bżieżel inqas suwed, ul-Bactroban qed jirnexxili nagħmlu mingħajr ħlewwa ta’ qalb, biki u qrid. Iżdal-kbir kien għadu ġej għaxil-kirurgu tani eżerċizzju ġdidx’nagħmel , u dan ferm agħar. Irrid nimmassaġġal-iscar tissue ta’ madwar sidri. (Fittixt “scar tissue”bil-Malti u sibt li jgħidulha “merk”. Kelma stramba u ġdida għalija. Din veru jużawhan-nies ?) Irrid nagħmel dan għal sitt ġimgħat sħaħ sakemm nerġa’ mmur narah.L-uġigħ tiegħi mhux għal dejjem u— “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt
— “Qarn (silta)”
ta’ Romeo Roxman Gatt -
Snin ilu ħadt
id-deċiżjoni li, jekk se naqra xogħol letterarju jew kitbiet oħrajn b’lingwa li ma nafx — eż.ir-Russu ,il-Ġappuniż , eċċ. — naqrahom tradotti mhux għall-Ingliż, kif kellit-tendenza nagħmel meta kont għadni ngħix Malta, iżda għall-Franċiż jewit-Taljan ,iż-żewġ lingwi oħrajn li nħoss li naf sew. Dan għax, wara snin kbar nikkonsma xogħlijietbl-Ingliż , anki traduzzjonijiet, intbaħt kemm li meta nużaw lingwa waħda biss — u, aktar minn hekk, jekkdil-lingwa tkun ukollil-lingwa kolonjali — bħala filtru ta’ dak kollu li ġej minn barra, dan idgħajjefl-impenn postkolonjali tagħna u jnessina li— “Il-Lanza, il-Labra, il-Qo…” ta’ Loranne Vella
— “Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin”
ta’ Loranne Vella -
Tasal
id-dar , tinża’l-ġlekk , u tidħolfil-kamra tal-banju, tinża’l-qalziet , attenta li ma titniggiżxbil-labra tas-sarwan, tinża’l-qalziet ta’ taħt ftit imdennes, kieku tarah ommha tagħtiha puplesija, taqbadil-mera li tkabbar, dik li kultant tuża biex tnittef ħuġbejha us-suf li jisponta minn geddumha qisu nesa li hi,fil-fatt , mara, tpoġġimal-art fuqit-tapit , sormha barra, riġlejha milwijin,bil-mera bejn saqajha tipponta lejn għoxxha. Suf. Ħafna suf. U riħat’għaraq , bewl u miżża wara ġurnata maqful ġo qalziet xpakkattal-polyester . Imbagħad ferrqet ftitis-suf , biex jidhrul-faldi — “L-Għoxx Mera tar-Ruħ” ta’ Glorianne Micallef
— “L-Għoxx Mera tar-Ruħ”
ta’ Glorianne Micallef -
Vera ħarset lejn oħtha
fil-mera . Lejnit-tikmix li kien jikxefil-fatt li kienet avvanzatafiż-żmien immafl-istess ħin jaħbil-età preċiża tagħha.X’aktarx li kellha fuqit-tmenin sena sew, forsi saħansitra fuqid-disgħin . Għajnejha kienu għadhom jaħdmu tajjeb, bħas-sensil-oħra tagħha. Iffukat fuq punt partikolarifil-ġenb ta’ wiċċha. Għal xi raġuni, waqt li qed timraħ f’dakid-deżert ta’ wiċċha,iż-żona b’dawkl-għoljiet ul-widien mimlijin għerien mudlama u sigrieti affaxxinatha iktar minn bnadi oħra. Poġġiet żewġt iswaba’ hemm u mellsetil-ġilda bi ħlewwa liema bħalha. Imbagħad ġebbditha ft— “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo
— “Qamar Aħmar”
ta’ Simon Bartolo -
Waqt żmien
il-Covid rajtid-dokumentarju fuq TVM News dwar Filfla, u dan kien mument li fetaħlil-bibien beraħ. Minn naqra ta’ għajdut, storja, leġġendatan-nies ta’ waral-mina bdew jispuntaw friegħi ġodda.Id-dokumenti ul-mapep li juri Joe Sultana flimkienmal-memorji tiegħu qanqluni biex nipprova ngħaqqad u nilgħab b’dawnl-elementi fil-performance. Bdejtbil-prattika militari għax jien qatt ma kien għaddieli minn rasi li dakil-blat imġarraf madwar Filfla mhuwiex xogħoliż-żmien ut-tħabbit tal-mewġ imma xogħolil-bniedem .It-tifrik ta’ Filfla matuliż-żminijiet huwa diżastru teknoloġ— “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima
— “Splużjonijiet”
ta’ Jimmy Grima -
Xi ħaġa
fil-kuluri tal-iskrin mhix togħġobni.Il-kuntrast ,is-saturazzjoni , ma nafx, xi ħaġa mhi qed togħġobni xejn xejn xejn.Il-ħsejjes tar-rukkelli fuqil-mezzi soċjali jieħdu postl-għajjat tal-għasafar, umal-mument li naqbadni ninbela’ ġo fihom tagħtini weġgħafid-darsa tal-għaqalix-xellugija . Jibda se jagħtini attakk nervuż u ngħolli kollox, jew li nigdem idibin-naħa l-oħratax-xedaq sa ma nistrieħ, imma nissaporti u nibqa’ kif jien. Minflok tinfidli moħħi bikjamit-tip li twaħħaxlill-qwiebel fl-apprendistat u tgerrex nofshom lejn karriera oħra.Il-mara tiftaħil-bieb , ul-bikja — “Murmurazzjoni #2” ta’ Luke Joseph Buhagiar
— “Murmurazzjoni”
ta’ Luke Joseph Buhagiar -
Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’
l-istorja tiegħi qabel nissarraf f’elf framment ta’ miti oħra… Mela darba, ħmistax-il sena ilu, meta kont għadni tifla, kont ngħixmal-ġenituri tiegħi, Foriku u Keto, fuq gżira serena mdawra b’baħar blu jwerżaq.Id-dar kienet ċkejkna, bi tlett ikmamar kollox;il-kċina ,il-kamra tal-bżonnijet tagħna ul-kamra fejn konna norqdu jien u ħutil-oħra . Għalkemm bejni u bejn ħutil-kbar ftit snin biss kienu jifirduna — qabża ta’ sentejn kull wieħed — l-ikbar d— “Medusa” ta’ Rowena Grech
— “Medusa”
ta’ Rowena Grech -
Zhukovka hija belt żgħira
fir-Russja . Issa bilkemm jista’ jsibha xi ħadd fuq mappa, lanqas nerdtal-kartografija , jew xi ħaddbil-Masters fil-Ġeografija, lanqas xi “Russu professjonali” ta’ grad għoli. Imma darba — qabel Gorbachev waqa’fil-ġenn tal-Perestroika, u kkundanna ’l-poplu Sovjetiku jsofri minn dijarrea ta’ ħelsien — proprju din Zhukova kienetil-manifattur tar-roti famużi, li kienul-ħolma ta’ kull ġuvnott u Pijunier Żgħir. Dawkir-roti tal-ġenerazzjonil-ġdida , Десна-два, kellhom roti żgħar imma jservu, frame jintewa, u prezz għoli żżejjed mgħolli jerġa’ iktar minn dawk il mingħulatal-b — “Shaft taż-Żibel (silta)” ta’ Iva Pezuashvili
— “Shaft taż-Żibel (silta)”
ta’ Iva Pezuashvili (tr Joe Gatt) -
16 ta’ Ottubru.
X’saħħa fiha splużjoni?X’inhuma l-istejjer madwarha? Kaxxa infernali.Is-sajjieda kienu jistadu għall-bombi li għadhom ma splodewx. Filfla,l-aktar gżira mwarrba ta’ Maltafl-inħawi tal-Qrendi, kienet tintuża għall-prattikatal-isparar tar-rokits, missili u torpidows fi żmienl-Ingliżi . B’dawnil-ħsibijiet bdejt infassal Kaxxa Infernali: Explosions, biċċa xogħoltat-teatru totalmentnon-fiction . Din damet biex tintwera quddiemin-nies sentejn, sa Ġunjutal-2021 , għax kieniż-żmien fejn seħħ dak li ma jitwemminx. Qatt ma ħsibt li kont se nkun maqful ġewwa għal żmien daqshe— “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima
— “Splużjonijiet”
ta’ Jimmy Grima -
22 ta’ Marzu 1973. Irċevejt tliet ittri mingħandek,
tal-1 ,it-2 ut-3 ta’ Marzu. Grazzi.Il-flus li bgħattlek tista’ tmur tixtri xi affarijiet għat-tieġ bihom, jew stennieni u la nasal immorru flimkien. Ktibtli li qed tfittex biex tikri dar għal sena. Għala sena? Mhux se ndumu Malta sena żgur, Jos. Jekk trid issib tikri xi mkien għal tlieta jew erba’ ġimgħat, tajjeb. Sakemm inkun hemm jien ikollna fejn noqogħdu. Imma mhux beħsiebni noqgħod ġej u sejjer minn Tripli għal Malta għaliex ma nistax u m’għandixil-ħin .Il-gvern jagħtina visa limitata u hemm limitu wkoll fuq kemm flus nistgħu noħorġu— “Es Sidr #3” ta’ Omar N’Shea
— “Es Sidr”
ta’ Omar N’Shea