Bdejna nippubblikaw verżjoni awdjo ta’ kull xogħol li jidher fil-ġurnal. Dawn jitilgħu ftit ġimgħat wara l-ewwel pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit. Tista’ tisma’ dawn il-verżjonijiet kemm mill-istess paġna tat-test kif ukoll billi tabbona għall-podcast. ’Il quddiem, fuq il-podcast ikollna wkoll taħditiet mal-awturi u episodji oħra li naħsbu jkunu ta’ interess għall-qarrejja tagħna.