Noti Editorjali #2

ma’ Omar N’Shea

« Id-differenza fil-fatt hija li jiena meta bdejt nikteb esej li mhuwiex akkademiku, għalkemm huwa tekniku, għalkemm id-dettalji xjentifiċi huma preċiżi ħafna, il-metodoloġija stajt niftaħha ħafna iktar. Jiġifieri jiena stajt nintroduċi l-perspettiva tiegħi, stajt pereżempju nimmaġina l-post stajt, nimmaġina r-rabja li ħass Michele Zammit tan-Naxxari meta skopra li s-sit se jittieħed, meta skopra li mhux se jaqla lira. Stajt nimmaġinahom dawn l-affarijiet. Stajt nimmaġina ċ-ċriev, pereżempju, jirgħu fuq il-wita’ ta’ Bur Mgħeż. Stajt nimmaġina konverżazzjonijiet pereżempju illi l-essej akkademiku ma jħallikx tagħmel. Allura din fetħet orizzonti ġodda fil-mod ta’ kif inti tista’ tingaġġa u tiskopri post mitluf. Jiġifieri biex inti biex inti ġġib lura post mitluf ix-xjenza mhijiex biżżejjed. L-immaġinazzjoni hija wkoll importanti. Il-kreattività hija importanti. Il-lingwa letterarja, il-poeżija hija importanti. » .

Dekorazzjoni art-nouveau