Omar N’Shea

Omar N’Shea huwa studjuż tal-kulturi Kunejformi tal-Assirja u l‐Babilonja tal-ewwel millennju Qabel l‐Era Komuni u fir-riċerka tiegħu jħares lejn kif l‐imperi tal-qedem inqdew bit-teknoloġiji tal ġisem biex iwaqqfu sistemi burokratiċi li bihom setgħu jkabbru t‐territorji maħkuma. Iħares ukoll lejn diversi kitbiet letterarji mill- Babilonja li ċċirkolaw f’din l‐ekosistema politikokulturali u bħalissa qed iħejji biex jaqleb għall-Malti wħud minnhom, fosthom Gilgamex u Meta l‐Allat Kienu Bnedmin. Omar huwa l‐awtur ta’ Es Sidr, pubblikazzjoni Aphroconfuso 2025, u ta’ Bur Mgħeż, Aphroconfuso 2026, kif ukoll editur kontribwenti ta’ Aphroconfuso.

Kotba ta’ Omar ippubblikati minn Aphroconfuso:

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Omar:

Kitba ta’ Omar fil-ġurnal:

Kollaborazzjonijiet:

Poddati ma’ Omar:

Dekorazzjoni art-nouveau