Nicole Borg

Nicole Borg studjat l‐antropoloġija, u issa miexja lejn l‐istudju tal-ikel, kemm b’mod akkademiku kif ukoll b’mod indipendenti. Hija maniġer kulturali, chef privat u għalliema tat-tisjir. Tifforma wkoll parti mill-Malta Anthropological Society. Qiegħda taħdem sabiex tippubblika kitba li tiddokumenta sensiela ta’ taħditiet ma’ bdiewa Maltin u l‐isfidi li qed jiffaċċjaw. It‐tliet elementi ta’ kultura, ikel u etnografija, kif ukoll l‐interdixxiplinità tagħhom, jimmanifestaw ruħhom f’kull qasam tar-riċerka u l‐prattika tagħha. Bħalissa, Nicole partikolarment maqbuda mas-suġġett tas-sovranità tal-ikel, fil-kuntest lokali. Interessi oħrajn tagħha huma l‐konnettività urban-rurali, l‐innovazzjoni tal-wirt kulturali u ċ‐ċirkolarità ekonomika.

Kitba ta’ Nicole fil-ġurnal:

Poddati ma’ Nicole:

Dekorazzjoni art-nouveau