Noah Fabri

Noah Fabri studja l‐antropoloġija u jikteb il‐mużika, il‐proża u għat-teatru. Tipparteċipa f’komunitajiet tal-arti diy fejn tgħallmet diversi prattiki kollaborattivi li bihom toħloq xogħolha. Noah huwa parti mill‐kollettiv mużikali Karmaġenn li ħareġ żewġ albums bejn l‐2019 u l‐2023. Ġieli jesperimenta bl‐arti viżiva, u tella’ l‐performances Inbigħu l‐Imqaret (2021), Huma Min Huma? (2021), u Insalata (2023). Noah ħadmet ukoll mal-artista Martina Farrugia fuq il‐pubblikazzjonijiet Dar Imħawra (2021) u Nanniet Laġenba (2024). Il‐kitba tagħha dehret fi tnejn mill-antoloġiji ta’ Praspar Press (2021 u 2023). L‐ewwel rumanz tagħha, It‐Togħma Morra taċ-Ċiċri, ħareġ fl‐2024 minn Merlin Publishers u kien ir‐rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl‐2025.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Noah:

Kitba ta’ Noah fil-ġurnal:

Entrati mid-djarju ta’ Noah:

Kollaborazzjonijiet:

Poddati ma’ Noah:

Dekorazzjoni art-nouveau