Karl Schembri

Karl Schembri huwa awtur u eks ġurnalist li ħadem għal dawn l‐aħħar 17-il sena bħala konsulent tal-midja ma’ Oxfam, Save the Children, u l‐Kunsill Norveġiż għar-Refuġjati (NRC) fil-Lvant Nofsani u l‐Afrika tal-Lvant u t’Isfel. Fl‐2009 telaq minn Malta biex jingħaqad ma’ aġenzija tal-aħbarijiet Palestinjana f’Gaża bħala editur u korrispondent bl‐Ingliż, u għex hemm għal erba’ snin, esperjenza li tidher f’xi wħud mill-poeżiji tal-ġabra Passju Taħt ix‐Xita. Issa huwa bbażat f’Najrobi, il‐Kenja, u jaħdem bħala Konsulent Speċjalista tal-Midja u l‐Komunikazzjoni mal-NRC. Huwa l‐awtur ta’ Taħt il‐Kappa tax-Xemx, Il‐Manifest tal-Killer u Eħlisna mid-Deni, rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026, kif ukoll ta’ kotba tat-tfal, inkluż The Journey of Miskit: The Brave Stoat, użat fl‐appoġġ psikosoċjali tal-NRC għat-tfal affettwati minn kunflitt madwar id‐dinja.

Kitba ta’ Karl fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau