Manuela Zammit

Manuela Zammit hija riċerkatriċi u kittieba fl‐oqsma tal-istorja tal-arti moderna u kontemporanja u l‐analiżi kulturali. Tgħix Rotterdam u ilha mill-2018 attiva fil-qasam tal-arti kontemporanja u fis-settur kulturali fl‐Olanda, fejn ħadmet f’diversi mużewijiet u istituzzjonijiet bħal FOAM, Nxt Museum, Dordrechts Museum, u Stichting Perdu. Tikkoordina d‐dipartiment tar-riċerka fi Nieuwe Instituut f’Rotterdam u tgħallem il‐Vrije Universiteit f’Amsterdam, minn fejn iggradwat fl‐istorja, it-teorija u l-filosofija tal-arti u l‐kultura. Bejn l-2020 u l-2025 kienet editriċi tal-ġurnal Tijdschrift Kunstlicht u l‐kitbiet tagħha jidhru regolarment fir-rivista Metropolis M kif ukoll f’ġurnali akkademiċi varji. Ir‐riċerka ta’ Manuela tiffoka fuq l‐esperjenza mġissma, is‐suġġettività moderna u kontemporanja, l‐aġenzija u l‐memorja materjali, ir‐relazzjonijiet ekoloġiċi, u fuq kif l‐arti tipparteċipa jew tintervjeni fil-ħajja ta’ madwarha.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Manuela:

Kitba ta’ Manuela fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau