Karl Baldacchino

Karl Baldacchino qed jikteb id‐Dottorat tiegħu ġewwa d‐Dipartiment tas-Soċjoloġija ta’ Goldsmiths, l-Università ta’ Londra, fejn huwa wkoll affiljat gradwat fis-Centre for Philosophy and Critical Thought. L‐interessi akkademiċi tiegħu huma primarjament fit-teoriji soċjali, politiċi u kritiċi kontemporanji, kif ukoll fl‐istorja tal-filosofija kontinentali. Ir‐riċerka tiegħu tikkonċerna suġġetti bħar-reżistenza politika, l‐indifferenza, il‐poter, is‐suġġettività u l‐etika mil-lenti tal‐ħsieb Franċiż u Taljan tas-sekli għoxrin u wieħed u għoxrin. Karl huwa t‐traduttur ta’ Nifs: Kaos u Poeżija ta’ Franco “Bifo” Berardi, pubblikazzjoni Aphroconfuso 2026. Huwa ppubblika artikli u reċensjonijiet f’ġurnali akkademiċi bħall-European Journal of Social Theory, Critical Sociology u Critical Inquiry. Huwa l‐koeditur ta’ Foucault and Desubjectivation: Ethics, Experience and Freedom, li se jiġi ppubblikat minn Palgrave Macmillan.

Kotba tradotti minn Karl ippubblikati minn Aphroconfuso:

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Karl:

Kitba ta’ Karl fil-ġurnal:

Traduzzjonijiet ta’ Karl:

Dekorazzjoni art-nouveau