Kurt Borg

Kurt Borg huwa Lettur fid-Dipartiment tal-Politika Pubblika fl-Università ta’ Malta. Huwa ggradwa b’Dottorat fil-Filosofija u l-Istudji Umanistiċi mill-Università ta’ Staffordshire, b’riċerka dwar l-etika u l-politika tan-narrazzjoni tat-trawma f’kuntesti istituzzjonali. Fost oqsma oħrajn, jispeċjalizza fit-teorija poststrutturalista, partikolarment fix-xogħol ta’ Michel Foucault u Judith Butler, u juża xogħolhom biex jistudja fenomeni bħall-identità, il-poter soċjali u r-reżistenza. Ippubblika bosta kapitli u artikli f’kotba u ġurnali akkademiċi. Huwa koeditur tal-ktieb li ħareġ f’Mejju 2023 li jiġbor fih konverżazzjonijiet interdixxiplinarji dwar il-mistoqsija, Xi Tfisser Tkun Bniedem? Għandu għal qalbu l-ġeneru tal-esej, u bħalissa qed jaħdem fuq ġabra ta’ esejs dwar temi varji, fosthom il-memorja, il-vulnerabbiltà u l-ġeneru.

Kitba ta’ Kurt fil-ġurnal:

Poddati ma’ Kurt:

Dekorazzjoni art-nouveau