Matthew Schembri

Matthew Schembri huwa artist, kittieb u poeta bbażat Malta. Huwa rebaħ il-premijiet ta’ Aġenzija Żgħazagħ, f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, Divergent Thinkers fl-2015 u Shifting Contexts fl–2019. Fl-2017, Matthew ingħata l-premju għall-ewwel Artist Żagħżugħ tas-Sena mill-Kunsill Malti għall-Arti. Ir-rumanz debutt tiegħu, Stessi (2018), rebaħ Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016, u l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħu, Ħassartek (2021), wasslitu biex fl-2022 jirbaħ il-premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti, mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Matthew kien ukoll parti mill-kollettiva Jien_a.

Kitba ta’ Matthew fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau