fatima a. m. hija artista Maltija-Eġizzjana li tikkrea b’mod multidixxiplinarju, fejn
Entrati mid-djarju ta’ fatima:
-
- Djarju 05.07.2024
seta’ kien ilma, seta’ kien għaraq
fittixt harness għall-avveniment, forsi nibda nifhem kif
il-lingwa tal-estetika tista’ tiżvolġi b’mod li tiġġissemmal-performance ,il-fiżiku ul-moviment . tfajt ġismi f’kobba bokkli u polyester u bizzilla fjakka,ix-xaħam madwar żaqqi ċirku, jinqasam fi tnejn għall-ewwel, imbagħad fi tlieta. meta npoġġi,it-torso jintewa f’mitt biċċa,il-laħam issikkat taħt iċ-ċinturini madwar riġlejja jiżżerżaq minn postu, joħroġ isellimli minn kull banda. kieku kellil-ikel fl-istonku, kont nirremetti. ngħid lil sieħbi li ġarrejt miegħi għal dinl-okkażjoni li qisnil-istess majjal li kienu jonxru niesu fi żmienhomis-Serbja , ġisem lest biex jiġi mitfugħ fuq gozz ħatab jaqbad u jittiekel bejn familjat’għoxrin . nidħqut-tnejn li aħna, għax jekk ma tatni xejn,l-iskumdità li nħoss li nokkupa danil-ġisem , għall-inqas tatnil-għerf li niċċajta u nobżqilha f’wiċċha, u nżejjinha b’mod li kulħadd iħossu parti miċ-ċajta. immaċ-ċajta hija ċajta f’wiċċi, f’ġismi, li xi drabi barka, imma drabi oħra bħal dawn, bejn iċ-ċineg ud-drapp lil-ġilda tifga fih, huwa ħabs. niftakar f’“Ġismi Battikata”.il-ostja jekk hux battikata. -
- Djarju 10.05.2024
xafra
fis-saqaf ta’ ħalqiit-traduzzjoni hija ħabel. bħalma tħoss
il-ħabel jiekolil-ġogi f’sessjoni shibari, inħossil-lingwa bħala xafrafis-saqaf ta’ ħalqi. hemm intersezzjoni li għad m’għandix kliem għaliha, imma qed nirreferi għal dikl-intersezzjoni bejnl-esperjenza ,l-intellettwaliżmu ,il-ħajja ,il-ġisem , alla,il-ħaxi jewl-erotiċiżmu li mhuwiex lineari (jiġifierit-tip ta’ espressjoni sesswali fejn m’hemmx punt A li jwassal għal punt B) jewin-nuqqas ta’ sess penetrattiv f’iseml-erotiċiżmu . iktar ma naqra fuqil-kink ud-dominazzjoni , inqas jinteressani li niskopril-iġsma b’danil-mod . kważi nixtieq nerġa’ nsir tifla, jew tifel, nibni ġismimill-ġdid . forsi nibnil-lingwa mill-ġdid. spiss naħseb fuqil-possibbiltà li nsir omm tiegħi nnifsi, imma ommimill-ewwel ġurnata li twelidt.