Jimmy Grima

Jimmy Grima huwa artist-riċerkatur multidixxiplinarju bbażat Għawdex, Malta. Huwa kofundatur u membru ta’ Rubberbodies, pjattaforma ta’ riċerka artistika mwaqqfa f’Malta fl-2009. Ir-riċerka artistika ta’ Jimmy tikkonċerna primarjament il-politika tal-memorja u t-tifkir, li ta’ spiss tiffoka fuq it-tradizzjonijiet kulturali u l-għarfien li jinsab fi ħdan il-mikrokomunitajiet. Huwa interessat fil-prattiki ta’ arkivjar, l-istorjografiji, u r-relazzjonijiet bejn dak li hu marġinali u dak li huwa mainstream. Il-prattiki tiegħu jinkludu t-tpinġija, il-grafika, il-kitba, l-installazzjoni, it-teatru u l-kurazzjoni. Fl-2021 Jimmy kiseb Maġisteru fil-Kurazzjoni Teatrali minn DAS Arts Amsterdam u bħalissa qed jagħmel Dottorat fl-Università ta’ Malta. Ir-riċerka tiegħu tiffoka fuq it-teatru Malti ta’ wara l-gwerra, b’mod partikolari bejn l-1948 u l-1965 u teżamina r-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjoni kolonjali Brittanika, il-Knisja Kattolika, l-isfera kulturali Taljana u l-formazzjoni tal-istituzzjonijiet teatrali Maltin. Uħud mill-proġetti li tella’ Jimmy huma Il-Warda Tar-Riħ (2015), Nassaba: Song of a Bird (2017), Kerogen Voices (2020), Kaxxa Infernali: Explosions (2021), u The School of Winds and Waves (mill-2022) li għadu għaddej sal-lum bħala proġett u pjattaforma ta’ riċerka kontinwa.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Jimmy:

Kitba ta’ Jimmy fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau