Noti Editorjali #11

ma’ Jimmy Grima

Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru għall-esej, dwar ir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru f’Malta għal dak fin-Netherlands u issa għal darb’oħra lura Malta bħala parti mill-kollettiv Rubberbodies. Jimmy jitkellem ukoll dwar l-importanza tal-memorji fir-riċerka li jagħmel, kemm dawk li jinsabu bħala kitbiet fl-arkivji u wkoll dawk li jinżammu ħajjin fit-tifkiriet tan-nies. Jgħid kif ħafna drabi jibda minn dawk li huma l-eqreb tiegħu, ġieli mill-membri tal-familja tiegħu u mbagħad jimraħ dejjem iktar ’il barra b’mod li fir-riċerka tiegħu jkollu minn tal-inqas żewġ timelines, il-personali u l-komunitarju .

Dekorazzjoni art-nouveau