Kris Polidano

Kris Polidano għandha tendenza tħuf u tikteb fuq l‑istess ponn ta’ memorji li sawruha u fuq xi oħrajn li sawru lill-kollettiv kulturali Malti ta’ bħalissa. Tibbaża x‑xogħol tagħha fuq ir‑riċerka fl‑arkivji stabbiliti istituzzjonali kif ukoll dawk aktar ġodda mibnija mill-individwi u l‑komunitajiet, u l‑esperjenza personali tagħha. Fil-kitba tagħha, tħobb issib ukoll l‑ispazji bejn il-veru u l-fittizju, u partikolarment tħobb issib il‑punt fejn id‑distinzjoni bejniethom ma teżistix. Kris hi attiva ħafna fix-xena kulturali Maltija f’diversi oqsma. Taħdem ma’ Festivals Malta u bħala Riċerkatriċi u Outreach u Community Manager mal-Fondazzjoni Magna Żmien biex jinżammu u jintużaw il‑memorji awdjoviżivi tal-Maltin fil-gżira stess, kif ukoll tal-komunitajiet ta’ emigranti Maltin li ffjorixxew fi bnadi oħrajn. Kris hija wkoll il-President ta’ Koperattiva Strati, komunità ta’ ħbieb u nies kreattivi li ngħaqdu flimkien biex jesploraw ir-relazzjoni bejn l-kreattività u l-benesseri, waqt li jieħdu buzz joħolqu l-proġetti kreattivi u komunitarji flimkien. Hija wkoll kuratriċi u membru tat-tim artistiku ta’ Victoria2031Għawdex, belt kandidata għall-Kapitali tal-Kultura fl-2031. Kris tħobb tgħum, taqra u tgħanni.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Kris:

Kitba ta’ Kris fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau