Ira Melkonyan

Ira Melkonyan hija artista u bijologa. Fl‐2010 ggradwat fil Mikrobijoloġija u l‐Viroloġija, u fl‐2018 kisbet MA fit-Teatru minn DAS Graduate School (DasArts) fl‐Università tal-Arti ta’ Amsterdam. Fix xogħol performattiv tagħha tesplora attanti mhux umani, tranżizzjonijiet, fluwidità, u konfini likwidi. Hija partikolarment interessata dwar kif it‐tagħqid ta’ dak li hu bijoloġiku, sensorju u politiku jista’ jispira modi alternattivi ta’ koeżistenza ekoloġikament konxja. Hija waħda mill-membri fundaturi tal-kollettiv Rubberbodies (2009) fejn hi u Jimmy Grima jinstallaw strutturi kollaborattivi temporanji biex joħolqu u jrawmu sitwazzjonijiet performattivi. Ira u Jimmy bdew ukoll l‐iSchool of Winds and Waves, li ħafna drabi tieħu l‐forma ta’ stazzjon tar-radju pop-up. Ira Melkonyan hija minn Odesa fl‐Ukrajna. Bħalissa qed tgħix u taħdem bejn Amsterdam, l‐Olanda u n‐Nadur, Għawdex.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Ira:

Entrati mid-djarju ta’ Ira:

Dekorazzjoni art-nouveau