Miriam Galea hija artista, kittieba u attriċi. Qed tagħmel Masters
Kitba ta’ Miriam fil-ġurnal:
-
- Ottubru 2026
Ommi Saret
id-Dawl FiddienOmmi saret għasfur magħdur
bilkemm titrejjaq,
tgħid biss ftit kliem
wiċċha ċkejken,
għajnejn lubien.
Ommi saret liżar abjad
nadif tazza u stirat,
taħbila pajpijiet u wajers,
magna li tkejjel id-dieqa
b’numri jpetptu stranġiera.
Ommi saret agunija
tkarkar lajma daqs is-sigħat.
Ommi saret toqol f’qalbi,
toqol ċangun, iswed u skur.
Ommi saret talba
lill-baħħ.
Ommi saret munzell fjuri,
qronfol, ward, u aktar qronfol.
Ommi siġra tixxengel mar-riħ.
Ommi żewġ fjuriet.
Ommi saret ix-xita traxxax
it-toroq niexfa,
żiffa kiesħa
tħabbar il-jiem xitwin. -
- Awwissu 2023
Lejl u Nhar
Il-ħitan bojod joqtluk naqra naqra kuljum. Tipprova ma tismax
is-skiet , itanbar stinat tulil-kurituri , iżdat-tektik ħafif fuqil-keyboards ,it-tpetpit solitarjutal-cursor ,l-ilħna mbiegħda f’uffiċċju minnhom jibqgħu ma jidfnuhx.Fil-kamra tal-arkivji xi ħadd jixgħelil-photocopier , li tobżoq folja waral-oħra , mimlija ċifri, kliem kbir kollu rpużat, taħbiliet ta’ ideat suġġeriti u konsiderazzjonijiet meqjusa f’dokumenti Taljanizzatital-Unjoni Ewropea.It-terremot f’Haiti,il-kriżi finanzjarja,il-faqar dinji,l-iżvilupp fil-pajjiżieks-Komunisti ,il-bidla fil-klima,id-dinja li qed titbaskat, tinstamat, tinħall f’taħlita tossika ta’ plastik jinten, jaħraql-imnifsejn , jistordil-menti , iżarratix-xagħar , inixxefil-ġilda . Ul-photocopier tofroq karta minn oħra, tifrixhom pulit fuq xulxin bħal suldati stenduti, nodfa, stirati, bojod bħal-lożor.Il-ħoss tal-magna jkompli jħeddlek,mill-uffiċċju ta’ ħdejk tasallek konverżazzjonibil-Franċiż .
Poddati ma’ Miriam:
-
- Poddata 22.01.2026
Noti Editorjali #9
« Inħoss li għandi approċċ sensorjali ħafna jiġifieri mhux ħa nippjana wisq minn qabel imma nsegwi
l-istint . Pjuttost proċess awtomatist.Fit-teatru tbegħidt ftitmill-iscripts li titgħallem u tagħmel quddiemin-nies , u mort iktar lejn teatru li jinbena minn proċess ta’ improvizzazzjoni li mbagħad toħloq performance minnu, ul-istess approċċ għandi għall-kitba u għall-arti. Nipprova nsegwil-proċess u mhux nippjana minn qabel x’se jsir. Inħalli lili nnifsi nispira ruħi minn x’joħroġ waqt li qed naħdem. F’dakis-sens , iva, imbagħad jirriżulta ferm iktar imġissem. » -
- Poddata 26.11.2024
Il-Komunità
tal-Kitba Ħafna drabi meta niktbu nkunu magħluqin f’kamra waħidna, iżda
l-kliem li nużaw qatt mhu tagħna biss. Matull-ewwel sena ta’ Aphroconfuso ridna noħolqu, flimkienmal-kittieba tagħna, komunità fejnil-kliem mhux biss jingħad darba u jintelaq għall-irwiefentaż-żmien , iżda jsib eku u risposta fi kliem ieħorfil-ġurnal stess,fl-istorja letterarja tagħna utad-dinja . Waqtdal-avveniment introduċejnal-ewwel ktieb ta’ Aphroconfuso, Antoloġija 1.