Jean Paul Borg

Jean Paul Borg huwa awtur u traduttur. Wara 20 sena f’bank dinji, daħal l‐Università, kiseb Baċellerat bl‐Unuri fil-Malti u reċentement kiseb Maġisteru permezz tat-teżi tiegħu “Minn Xiħ għal Pops: Ir‐rappreżentanza tal-missier mid-90ijiet ’il hawn”. Ittraduċa żewġ xogħlijiet tal-Palestinjana Suad Amiry għall-Malti, Sharon u l‐Kunjata u Damasku Tiegħi. Ippubblika wkoll il‐ġabra ta’ novelli Mhux Nies u n‐novella “Salib”. Huwa membru attiv f’Inizjamed u hela u jikkontribwixxi għal Kritikarti. Minbarra li jirriċerka, jaqra u jikteb, jgħallem ukoll.

Kitba ta’ Jean Paul fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau