Raylene Abdilla tgħallem
Kollaborazzjonijiet:
-
- 05.06.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
abjad
Sibt diffikultà nuża
l-kliem “raġel abjad” biex ngħid “white male”bil-Malti .Bl-Ingliż , meta jintużadal-kliem , dejjem hemmis-sens ta’ deskrizzjoni legali/ġuridika jew deskrizzjonijiet ta’ suspettati u kriminalifil-gazzetti ul-films; u allural-kritika mibnija ġewwat-terminu minnu nnifsu diġà.Bil-Malti m’hemmx dikl-użanza li “raġel abjad” hija kollokazzjoni li ġġorr danis-sinifikat . Meta użajtha, ħassejt li tlift ftit minn dak li kont qed nipprova ngħid.L-istess għall-kliem assoċjat, eżempju “suġġett abjad”, “suġġett abjadtal-Punent ”, “privileġġ abjad” jewl-iktar xieraq “vantaġġ abjad”. -
- 13.02.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
xewqa/xenqa
Il-kelma “xewqa” togħġobni iktar ukoll għaliex tista’ timplika element konxju fejn
is-suġġett konxjament jista’ jixtieq xi ħaġa partikolari, filwaqt lil-kelma “xenqa” timplika passività fejnis-suġġett ma jistax ma jixxennaqx għal dak li m’għandux. Naħseb li għal Lacan,il-kunċett ta’ désir jopera kemmfil-konxju u kemmfl-inkonxju . F’danis-sens ,is-suġġett inkonxjament jixtieq totalità, jixxennaq għaliha, ufl-istess waqt li danl-impuls inkonxju jiggvernax-xewqa ,ix-xewqa nnifisha titlibbes forma lis-suġġett huwa konxju tagħha, bħal pereżempju:il-fantażija ta’ suġġett Ingliż awtonomu, ħabrieki, patrijott, aħjarmill-Ewropew u miżmum lura appuntu minħabbal-Ewropew inferjuri ul-Ewropew li jrid idaħħall-immigranti , flimkien ma’ fantażiji dwar narrattivi ta’ grandjożità imperjali u kolonjali. Dinil-fantażija Ingliża ġiet immanifestata b’mod konxju f’dawkil-votanti pro-Brexitfl-Ingilterra fl-2016.L-identifikazzjoni mal-kampanjatal-Brexit topera kemm fuq livell konxjufis-sens lis-suġġett Ingliż ħaseb li ġaladarbal-Ingilterra toħroġmill-UE , ħa jerġa’ jsir sħiħ kif ukoll jitpaxxa (iħoss sens ta’ jouissance)bir-riżultat tal-vot.Fl-istess ħin, dinil-faċċata konxja qed tgħattil-implikazzjoni mistura ta’ xenqa għal totalità li qatt ma tista’ tinkiseb: fejn anki wara Brexit dak li ġie mwiegħed, ma wasalx.