Daniel Cossai

Daniel Cossai, gradwat fl-Ingliż u t-Traduttoloġija, huwa traduttur u kittieb. It-traduzzjonijiet letterarji tiegħu, kemm proża u kemm poeżija, dehru f’pubblikazzjonijiet f’Malta, l-Irlanda, u r-Renju Unit. Huwa reċensur għall-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Malta. B’nofs ħajtu f’Malta u n-nofs l-ieħor f’Perth, l-Awstralja, huwa interessat ħafna fil-kumplessità tal-identitajiet personali li spiss jinbidlu, kif ukoll fil-lingwistika u fir-rwol tat-traduzzjoni fis-soċjetà, fil-kultura, u fil-letteratura, ideat li ħafna drabi huma riflessi f’kitbietu. Daniel kien ukoll parti mill-kollettiva Jien_a.

Kollaborazzjonijiet:

Dekorazzjoni art-nouveau