Leanne Ellul

Leanne Ellul tgħallem il-Malti u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fit-triq tal-kitba. Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża u ħafna drabi xi ħaġa bejniethom. Tikteb textbooks u kotba oħra għat-tfal, ittraduċiet numru ta’ xogħlijiet għall-Malti, u fil-passat kitbet ukoll għat-teatru. Fl-2016 ġiet magħżula bħala l-awtriċi emerġenti tas-sena. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha jisimha L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla. It-tieni ġabra tifforma parti mill-proġett interdixxiplinarju bl-isem Bjuda, u l-aħħar waħda hija ktejjeb-manifest dwar is-siġar. Hija tagħmel parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA. Leanne kienet parti mill-kollettiva Jien_a.

Kitba ta’ Leanne fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau