Leslie Vassallo

Leslie Vassallo huwa gradwat fl-Ingliż u, għal bosta snin, għallem fil-Junior Lyceum tal-Bniet Maria Regina, il-Blata l-Bajda. Irtira mix-xogħol fl-2016 imma mhux mill-kitba tal-poeżija bil-Malti. Dawriet bil-mutur tiegħu jispirawh bil-versi li jkunu jistennew xi mkien. Għalih il-poeżija hi djarju ta’ ħajja li tinħoloq kuljum. Kitbiet tiegħu ġew ippubblikati f’diversi antoloġiji bħal Nisġa u Ilwien fil-Kelma (pubblikazzjonijiet Ħeġġa Letterarja), Tlaqna għal Rasna u stejjer oħra (SKS) u, aktar riċenti, fil-ġabra Tgħanniq Ieħor, Poeżiji mill-Iżolament (Horizons). Poeżiji tiegħu dehru wkoll f’The Acorn Book of Contemporary Haiku u fi D’un Ciel à l’Autre (ġabra ta’ ħajku fi Franza), u huwa kontributur regolari f’HQ Poetry (Haiku Quarterly) fl-Ingilterra. Kitbiet oħra tiegħu dehru f’ġurnali u rivisti Maltin, l-aktar fis-snin meta kien ikollhom paġna letterarja, u nstemgħu wkoll fuq stazzjonijiet tar-radju. Leslie rebaħ diversi kompetizzjonijiet tal-Għaqda Poeti Maltin u għaqdiet oħrajn, inkluż il-Premju San Valentinu fl-1984 u l-konkors ta’ ħajku mniedi mis-Sunday Times of Malta fl-2015, kif ukoll ġie “Highly Commended” f’konkors ta’ novelli tal-Commonwealth fl-2000.

Kitba ta’ Leslie fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau