Ryan Falzon

Ryan Falzon huwa artist viżiv, kittieb u edukatur. Ix‐xogħol viżiv tiegħu hu sinonimu ma’ pittura b’kuluri jgħajtu, motivi florali, karozzi, ir‐rappreżentazzjoni tal-ġisem uman, id‐dinja tal-Internet, slogans u kummenti mislufa mill-ġrajjiet kurrenti u l‐kultura popolari. Ix‐xogħol riċenti tiegħu, kemm viżiv kif ukoll miktub, idur mal-ġenerazzjoni millenjali, ix‐xenarji postpandemiċi, relazzjonijiet, duwalità u divinità. Ryan ħareġ l‐ewwel rumanz tiegħu SAJF fl‐2022, u kien wieħed mill-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl‐2023. Fl‐2024 intgħażel għall-programm tal-Unjoni Ewropea Ulysses Shelter. Ryan ingħata l‐Premju Nazzjonali għall-Kittieb Emerġenti fl‐2024. Fl‐2026, it‐traduzzjoni You Know the Sun Bothers Me, li ngħatat English PEN Translates, giet ippubblikata minn Foundry Editions, Londra.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Ryan:

Kitba ta’ Ryan fil-ġurnal:

Poddati ma’ Ryan:

Dekorazzjoni art-nouveau