Matteo Pullicino

Matteo Pullicino jikteb il-proża u l-poeżija, fost oħrajn. Iċ-chapbook Dal-ġisem ma nafx nafdahx (Aġenzija Żgħażagħ 2024) huwa esplorazzjoni tal-ansjetajiet ta’ tfulitu fix-xhur tas-sajf. Il-kwadretti f’dan ix-xogħol jagħmlu parti mill-ewwel rumanz li bħalissa qed jikteb. Xogħlu deher f’numru ta’ antoloġiji lokali, fosthom Iż-Żmien Kurjuż taż-Żgħożija (Fondazzjoni HELA & Aġenżija Żgħażagħ 2023), rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal-Letteratura taż-Żgħażagħ. B’Dupless, Matteo kien wieħed mill-finalisti tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024. Uħud mix-xogħlijiet poetiċi tiegħu ġew esibiti fi Spazju Kreattiv fl-2023, bħala parti mill-esibizzjoni kollettiva kwir The wind blows waves... in all directions.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Matteo:

Dekorazzjoni art-nouveau