Invokazzjonijiet #37

is-sebgħa u tletin

Beverly Agius

Aphroconfuso,
ma nixbax nistħajlek xaħxieħ
fuq tal-buttuniera l-friex

fantasia on greensleeves jew
love-in-a-mist on a green wrist

sieq il-brimba — il-vini

li qabżu minn driegħi

mal-ħakma ta’ driegħek fil-wied
ixejjirni bħal qamħa jew tfiefa fir-riħ
mejt it-tidwir it-tagħrix it-tħabbil

il-ħass li bgħatna jsaqqu lil aphroconfuso

jħarsu mill-karozzi
jħarsu ċass lejn qniefed
jitmiegħku fl-art

Dekorazzjoni art-nouveau