Invokazzjonijiet

it-tlieta u għoxrin

Beverly Agius

Aphroconfuso
meta għaddejtek ġuri
u sibtek ħati tal-ħars

misruq li minn taħt
għaddejtli biex nifli

u nara nsibx provi, indizji:

il-fattizzi jidħquli

l-ġesti ġentlomi

elementi ta’ reati infatwati.

fuq il-pedana
tal-innoċenti
il-preżunzjoni;

prosekuzzjoni
ta’ ġmielek statali,
skietek kriminali.

Aphroconfuso, kif
se tiddefendi ruħek?

L-iżvilupp u l-pub­blikaz­zjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.

Dekorazzjoni art-nouveau