Invokazzjonijiet

is-sitta u ħamsin

Beverly Agius

Aphroconfuso
bin-nies kollha li liebsa ġlekk,
u b’sider ippuppat, tgħidlek, mur

fittex l-għajnuna għax xħin
tħares lejk taqbadha fobija

minnek u mill-ġriewi suwed
jilagħbu miegħek magħluba

mur għidilha
li gidmitha

toħroġ id-demm
tiġbed id-dubbien
tiswa l-kriżantemi
l-ward u l-funerali.

liebsa infatti lesta
biex tattendi

L-iżvilupp u l-pub­blikaz­zjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.

Dekorazzjoni art-nouveau