Aphroconfuso,
din mhijiex il-ħajja li ridt ngħix
Aphroconfuso, qed tismagħni?
għala għajni min qed jaqrani.
se niġġennen iridu jordmuni
bogħod minn għadmi għax
rawni ħafja u qalu ftit li xejn
xiddejt il-qorq li jilbsu huma.
kollhom feriti veru imma,
Aphroconfuso, għidli. mhux
saqajn bħal tagħhom għandi?
Invokazzjonijiet
l-għoxrin
Beverly Agius
L-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.