Invokazzjonijiet

il-ħmistax

Beverly Agius

Aphroconfuso?
jaħasra, ġie jfittex konsolazzjoni
fi vrusi. ma jafx li kurunazzjoni
tad-diq jonqoshom — mingħajr
stmerrijiet. u bilħaqq, jekk nannietek
ma jiswewx karlin, tiegħi ninvokahom
sa m’ogħla s-smewwiet u jekk nista’

nistampahom fuq kull
aphroconfuso taħżiż:
daqshom ħadd għażiż.
eh, u tiffanfrax wisq għax
tiegħi flushom kollha taw
biex m’ommi jgħajxu tlitt
ibniet. u jekk sa issa (kif?)
għadek qatt ma doqt id-diq,
l-iżjed flixkun li jinbiegħ, kun af,
li dik il-mirra — le, mhux birra, għax
forsi lanqas din ma taf — ili nniżżilha
f’pinet sa minn qabel
twelidt. imma jekk
trid, sieħeb b’suffraġju,
dar-round — morr — fuqi

L-iżvilupp u l-pub­blikaz­zjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.

Dekorazzjoni art-nouveau