Invokazzjonijiet

it-tnax

Beverly Agius

Aphroconfuso,
imiss darba jmiss tnejn
is-sufrun li jinżel biss xibrejn
u jiġbed lilek baħri lejn fejn
akrobati jitnisslu bluhati
skjava tal-ħalel li ħalliel
xeħet fuqi kursar il-baħar
biss jekk il-galjun tiskava
ssibni pulena ta’ sirena
f’swied il-qiegħ imma
f’wiċċ idek bambina
inkella wegħda: xambekk
fuq ta’ kappella l-ġebla

L-iżvilupp u l-pub­blikaz­zjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.

Dekorazzjoni art-nouveau