Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Mejju 2026
Nifs: Kaos u Poeżija #9
(tr Karl Baldacchino)
Espirazzjoni
Fl-2016 dħalna f’fażi ġdida, li tista’ tiġi definita bħala waħda ta’ gwerra ċivili globali:
it-terrur kisebil-vantaġġ fil-maġġoranzal-kbira tal-pajjiżitad-dinja , u se jibqa’ hekk peress lil-potenzi tal-Punent donnhom ma jistgħux jifhmu li mhijiex kwistjoni ta’ forza militari metal-ġlieda hija bejn iċ-ċiniżmu ud-disperazzjoni .Id-dominanza tal-Punent imbuttatlill-maġġoranza tan-niestal-pjaneta f’kundizzjoni ta’ dsiprament totali, waqt lis-suq neoliberalifl-istess ħin ippermettat-tixrid ċiniku ta’ armi ta’ kull tip. Numru kbir ta’ niesmill-aħħar ġenerazzjoni, partikolarmentfid-dinja Iżlamika iżda mhux biss, qegħdin f’tant disperazzjoni li jippreferu jmutu milli jgħixu. Huwa għalhekk li ma jistgħux jitwaqqfu; huwa għalhekk li qed jirbħu.Fl-24 ta’ Awwissu 2017,is-CNN irrapporta dikjarazzjonimill-KCNA ,l-aġenzija tal-aħbarijiet immexxijamill-istat tal-Korea ta’ Fuq, li “L-Istati Uniti m’għandhomx jinsew lil-avversarju tagħhom huwa armat b’armi nukleari u missili ballistiċi” u għandhom “iqumumill-mod antikwat ta’ ħsieb tagħhom li arthom hija sikura u lil-mewt hija affari ta’ ħaddieħor.”Il-qasma li qed tkisserlir-Renju Unit (dawk li jridu joħorgumill-UE kontra dawk li jridu jibqgħu),l-Istati Uniti (il-liberali kontras-suprematisti) , Spanja (l-unjonisti kontra nofsil-popolazzjoni Katalana), u ħafna pajjiżi oħratad-dinja mhijiex diviżjoni politika, jew oppożizzjoni li eventwalment tista’ tiġi ġestita f’kuntest demokratiku ta’ kunflitt ideoloġiku. Hija diviżjoni kulturali li qed tiddiżintegras-sisien stesstas-soċjetà u qed twassal għal forom ta’ gwerra ċivili ftit jew wisq fatali.Dil-qasma li diffiċli tissewwa tista’ titqies bħala oppożizzjoni bejn dawk li kulturalment mhumiex kapaċi jaċċettawil-proċessi tal-globalizzazzjoni ul-minoranzi urbani li huma kulturalment ippreparati biex jagħmlu dan. Din mhijiex essenzjalment diviżjoni ekonomika: mhux kull min jiċħadil-globalizzazzjoni ġie żvantaġġat minnha, u, aktar importanti minn hekk, mhux kull min jirrassenja ruħu li jgħixfl-orizzont globali qed jagħmel profitt minnha. Pjuttost, dinid-diviżjoni hija essenzjalment bejnil-ħila ul-inkapaċità li wieħed jimmaġina dimensjoni kosmopolitana ġdida għall-futur. Iżdal-maġġoranza tal-popolazzjonital-Punent issa qed tirribella kontral-globalizzazzjoni u tipprova titlob lura ritorn impossibbli għas-sovranità. Mhux se jiksbu dak li jridu għax dak li jridu huwa impossibbli, iżdal-impotenza tagħhom se tqanqal biss aktar rabja, aktar razziżmu, u aktar aggressjoni. Għalhekk nistaqsi lili nnifsi, tista’l-apokalissi tiġi evitata, jew maħkuma? Kif jimplikal-kunċett tal-antropoċen, diġà tard wisq. “Għaliex humar-riħ jiżirgħu ul-irwiefen jaħsdu,” tgħidil-Bibbja .Ix-xejriet ta’ devastazzjoni ambjentali, qerda militari, u tifrik soċjali issa ħadu karattru irriversibbli u jalimentaw lilhom infushom; għandhomit-tendenza li jespandul-effetti tagħhom u li jeliminaw kull kontromiżura possibbli.Il-brutalità qed tiddomina dejjem aktarir-relazzjonijiet soċjali, ul-mutur ekonomikutal-produzzjoni qed jitmexxa dejjem aktar minn awtomatiżmi inevitabbli. -
- Mejju 2026
Invokazzjonijiet #37
is-sebgħa u tletin
Aphroconfuso,
ma nixbax nistħajlek xaħxieħ
fuq tal-buttuniera l-friex
fantasia on greensleeves jew
love-in-a-mist on a green wrist
sieq il-brimba — il-vini
li qabżu minn driegħi
mal-ħakma ta’ driegħek fil-wied
ixejjirni bħal qamħa jew tfiefa fir-riħ
mejt it-tidwir it-tagħrix it-tħabbil
il-ħass li bgħatna jsaqqu lil aphroconfuso
jħarsu mill-karozzi
jħarsu ċass lejn qniefed
jitmiegħku fl-art -
- Mejju 2026
Invokazzjonijiet #38
it-tmienja u tletin
Aphroconfuso
nidħol għal trapjant okulari
biex niret diqek ħa
nibki bi dmugħek
iċarċar space song
minn beach house
f’baħar iċ-ċagħaq
nindurak bil-lellux
narak issir bebbux
uċuħi aphroconfuso
safrana jridu jbusuk
felħana jridu jiktbuk
Aphroconfuso
nidħol għal trapjant okulari
biex niret diqek ħa
nibki bi dmugħek
iċarċar space song
minn beach house
f’baħar iċ-ċagħaq
nindurak bil-lellux
narak issir bebbux
uċuħi aphroconfuso
safrana jridu jbusuk
felħana jridu jiktbuk -
- Mejju 2026
Invokazzjonijiet #39
id-disgħa u tletin
Aphroconfuso
niġbor driegħi li waqa’ jtextex
mejjet fis-sapun ħoss tal-bejt
l-għasfur fil-ventilatur in-nifs
tax-xemx sħun fil-misħun li
biered jinżel sieket bħal kull
messaġġ li minn WhatsApp
tiegħek ma jasalx.
Aphroconfuso, kemm
-il banju se nimla dulur
biex wiċċi jkompli
jintefa mill-kulur?
Aphroconfuso
niġbor driegħi li waqa’ jtextex
mejjet fis-sapun ħoss tal-bejt
l-għasfur fil-ventilatur in-nifs
tax-xemx sħun fil-misħun li
biered jinżel sieket bħal kull
messaġġ li minn WhatsApp
tiegħek ma jasalx.
Aphroconfuso, kemm
-il banju se nimla dulur
biex wiċċi jkompli
jintefa mill-kulur? -
- Mejju 2026
sa ma
s-skiet imutgħajnejk
baħar bla qies li minnu jtellgħuni
mgħarraq.
Fir-reżħa tal-lejl nistenna
l-melodija waħxija tindaqq,
triegħed l-irjieħ bil-melankonija ta’ eku vojt.
U jien, ninqala’ minn taħt il-kaptelli ta’ qabri,
b’ħarsa ssummata, tqattar saram
li ilmijietek qatt ma raw. Biex nitrejjaq.
U kif inlesti, bħal mażżra nintefa’
sabiex nifga fil-fond ta’ ħdanek.
Leħni jgħammar sillabi kiebja,
kif tarf ilsienek jgħallem ’il fommi lingwa ġdida.
Sidrek sħun imħabbel ma’ sfieq qalbi,
u s-swaba’ bierda sinkronizzati fuqi
jgħallquni f’ċella, ippersegwitat.
U mat-tokki mnikkra ta’ nofsillejl,
figurtek tintreħa f’fantażma abjad,
iħażżeż isimna fir-ramel
biex qalbi qatt ma tinħakem mid-delużjoni.
Ruħi tisfa mtebbgħa
bid-demm ta’ ġismek,
iddikjarat indifferenti, stramb, traditur,
li għemili jaf hemm prezz għalih
skont dak li niesi wettqu fl-Eden.
Iżda waħdieni nibqa’ nittama,
b’moħħi rebbieħ,
b’qalbi telliefa,
nixxabat f’tarf l-irdum,
b’idi solitarja mgħollija,
nibqa’ nwiegħdek,
qed nipprova. -
- Mejju 2026
dal-ġisem
x’użu għandu?ġismi misteru,
li taf tilgħab bih int biss,
sa ma l-persjani jingħalqu,
il-purtieri jintrefgħu u
l-ġenn jaħkem l-imħuħ.
daqqa.
l-ewwel rasi,
imbagħad ġenbi,
wara riġlejja.
oħra. oħra. oħra.
ittini,
tregħedli għadmi kollu b’għekiestek magħluqa
ponnijiet jikluli ġismi mgħerri vjola jkanġi,
priġuniera taħt surtek tibbies kif
tinfed u tgħawwar
ġo fija.
tibki,
id-demgħa oppressa
kif in-nifs f’ħatfa ħatfa jibda jċedi,
u idek merfugħa bħal balal
ħarta ħarta
minn sensi donni nintilef.
nisfa bint oħra maħtufa
mill-milja t’għemilha
biex titgħallem tissodisfa bla ndiema
l-irwoli mwiegħda fiż-żwieġ,
iċ-ċaħda tbaqbaq ta’ qalbek imħaġġra
tħassarni,
tostorni
taħbini
biex treġġa’ lura ħinek
ħalli l-istorja tikteb mill-ġdid. -
- Mejju 2026
ulied
l-art miċħudajinfgaw imnifsejja
mill-agonija korrotta ta’ belt li nsiet isimha
fejn iltim jirfes fuq it-tilqix frammentat ta’ passat
li xi darba kien passat, sa ma l-ħolma mċaħħda żvaniet taħt sema fiddien
fejn qamar la jgħammar u xemx lanqas titla’.
is-sinsla ta’ dahri nħossha tinfetaħ,
u riġlejja jintelqu mirħija fil-qiegħa tal-art,
maħnuqa mill-għabra titħaxken
mal-għarqub sfigurat ta’ saqajja mgħarrqa
f’oasi ħamrani li jrejjaq is-saram.
stenduta lmaħtek,
minxura f’għadira li xorbitek minn wiċċ l-art,
ħbub għajnejk sewdiena mwessgħin beraħ
estiżi sal-kisra ta’ ħaddejk,
u l-ħofra tinfidlek moħħok mill-balla waħdanija li dewqitek is-semm,
xagħra mżerżqa żżegħellek wiċċek
biex tnessik u tħejjik għar-raqda eterna.
qalb id-drapp jimmejjel m’għonqok,
nistħajlek titbissimli,
tistqarrli wegħda solenni li ġenbi ma titlaq qatt.
niflik mikula fl-art bierda biex moħħi ma jinsiex,
biex qatt ma ninsa nsejjaħlek,
“ma”.