ulied l-art miċħuda

Ayrton Farrugia

jinfgaw imnifsejja
mill-agonija korrotta ta’ belt li nsiet isimha
fejn iltim jirfes fuq it-tilqix frammentat ta’ passat
li xi darba kien passat, sa ma l-ħolma mċaħħda żvaniet taħt sema fiddien
fejn qamar la jgħammar u xemx lanqas titla’.

is-sinsla ta’ dahri nħossha tinfetaħ,
u riġlejja jintelqu mirħija fil-qiegħa tal-art,
maħnuqa mill-għabra titħaxken
mal-għarqub sfigurat ta’ saqajja mgħarrqa
f’oasi ħamrani li jrejjaq is-saram.

stenduta lmaħtek,
minxura f’għadira li xorbitek minn wiċċ l-art,
ħbub għajnejk sewdiena mwessgħin beraħ
estiżi sal-kisra ta’ ħaddejk,
u l-ħofra tinfidlek moħħok mill-balla waħdanija li dewqitek is-semm,
xagħra mżerżqa żżegħellek wiċċek
biex tnessik u tħejjik għar-raqda eterna.
qalb id-drapp jimmejjel m’għonqok,
nistħajlek titbissimli,
tistqarrli wegħda solenni li ġenbi ma titlaq qatt.
niflik mikula fl-art bierda biex moħħi ma jinsiex,
biex qatt ma ninsa nsejjaħlek,
“ma”.

Dekorazzjoni art-nouveau