Romeo Roxman Gatt

Romeo Roxman Gatt huwa artist multidixxiplinari li fil-prattika tiegħu jesplora s‑sesswalità, l‑identità, il‑ġeneru, l‑imħabba u l‑konsum. Ilu għal xi żmien jaħdem b’temi ta’ umanizzazzjoni u interazzjoni ma’ oġġetti tal-konsumatur, fejn l‑inanimat isir ikoniku u ffetixizzat. Huwa interessat ukoll fid-dokumentazzjoni u l‑arkivjar ta’ esperjenzi trans u kwir, u fl-2021 nieda proġett ġdid bl‑isem Rosa Kwir. Dan il‑proġett jiffoka fuq kunċetti alternattivi tal-maskulinità, u jiġbor fih stejjer ta’ rġiel trans u persuni mhux binarji u li jxaqilbu iktar lejn il‑maskil, f’Malta. Huwa l‑kofundatur tal-ewwel spazju għal proġetti u wirjiet tal-arti kontemporanja kwir f’Malta. Roxman għandu MA fil-Komunikazzjoni Viżiva mir-Royal College of Art, u kien artist-soċju mal-Open School East, skola tal-arti alternattiva mhux akkreditata li tiffoka fuq l-inklużjoni u l-koproduzzjoni.

Dekorazzjoni art-nouveau