Omar
Omar
Kitba ta’ Omar fil-ġurnal:
- Settembru 2025
Es Sidr #5
Taġura
Meta naqra dawn
- Ġunju 2025
Es Sidr #4
Nafta
Nibda nqalleb
- Mejju 2025
Es Sidr #3
Kibli
Moħbija
- Diċembru 2024
L-Aħħar Ballu tas-Sinjorini
Kien wasal lejl ieħor biex immorru
- Ottubru 2024
Es Sidr #2
Ramel u muntanji
Qattajt
- Awwissu 2024
Es Sidr #1
Għasafar tal-passa
Darba, waqt dagħdigħa bħal
- Mejju 2024
Bur Mgħeż #5
Id-difna tal-memorji
Is-sit ta’ Bur Mgħeż jisfida
- Jannar 2024
Bur Mgħeż #4
Ħallejt it-tebut għal ġisimha biss
Il-biċċiet
- Diċembru 2023
Joey Tilbes, it-Tabù Tinża’
Joey kienet tinżel imlibbsa u mpittra, saff eyeshadow abjad
- Novembru 2023
Bur Mgħeż #3
Qegħedtha ġo qabar fuq l-Għolja tal-Ħorr
Wasalt
- Ottubru 2023
Bur Mgħeż #2
Dfintha fil-libsa li mietet fiha
Fl-immaġinarju Malti,
- Settembru 2023
Bur Mgħeż #1
Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar
Bur Mgħeż għeb
- Awwissu 2023
Bil-Moħbi fil-Beraħ
Matul
- Mejju 2023
Gilgamex, Dak li Ra l-Qiegħ
L-idea li Gilgamex isib ruħu f’daru
Kollaborazzjonijiet:
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħu ħsieb
, , &
Fid-dinja Ingliża u dik
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħarsa/lemħa
, &
M’iniex għalkollox ċert dwar “lemħa” għax għalija din
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
tpaxxa
, &
Jouissance, kif nafha jien, ma tfissirx biss pjaċir, imma xi ħaġa
- 05.06.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
abjad
, , , &
Sibt diffikultà nuża
- 27.05.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
alterità
, , , &
Ngħid għalija, meta nagħżel li nuża
- 12.02.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
queer/kwir
, , &
Meta kont qed naħseb dwar queer,
Poddati ma’ Omar:
-
- Poddata 14.12.2025
Es Sidr (taħdita u siltiet)
« Meta kont qiegħed infittex
il-ġeneru ta’ kitbafil-Malti li seta’ jgħinni ngħid dak li kont qed nipprova ngħid, ovvjament mortl-ewwel lejnil-kotba tal-istorja u lejnil-bijografiji ,l-awtobiografiji , u mhuxfil-Malti biss, ovvjament ġej minn letteratura ħafna iktar wiesgħa. Però ridt inħares lejnil-Malti speċifikament. Ħassejt illis-suġġett huwa dejjem fissfil-memoir ,fil-bijografija ,fl-istorja is-suġġett huwa dejjem fiss jiġifieri inti qed taħdem minn suġġett illi huwa dejjem fiss. Jiena kelli kollox ħlief suġġett fiss, jiġifieri jiena dawnin-nies li qed nikteb fuqhom assolutament ma kont naf xejn dwarhom ħlief li kelli teoriji ġo rasi. Allura ndunajt illi assolutament ma nistax nikteb memoir għaliex jiena ma kelli xejn fuqhom u lanqas ma kelli fuqi nnifsi. Lanqas kellil-lingwa biex nikteb fuqi nnifsi, allura bdejt infittex dakil-ġeneru li lili beda jtinil-possibbiltà biex nitteorizzas-suġġettività tiegħi. Mhux biex nitkellem fuqi però biex nitkellem fuq dawkin-nies bħali illi jiena ma bdejtx narafil-kitbiet li kont qed infittex. Ovvjament, għandna ħafna bijografiji ta’ politikanti, avukati, nutara, kollha erbgħin euro u ħamsin euro. Għandna ħafna memoirs. Inħoss illi meta inti tiġi minn klassi speċifika, klassi rispettatamis-soċjetà , klassi li hija rappreżentata tajjeb, klassi illi hija emanċipata ħafna, klassi li għandha rappreżentazzjoni vera, ankefis-soċjetà , inti konxju ħafnatas-suġġettività tiegħek. U peress illi inti konxjutas-suġġettività tiegħek għandek ħabta tirrekordjas-suġġettività tiegħek, iżżomm djarju pereżempju. Li tiktebil-memoir tiegħek, li taf f’xi punt xi ħadd se jiktebil-memoir tiegħek, allura anke tgħixil-ħajja kważi koreografata jew kurata b’danil-mod illi taf li xi darba xi ħadd ħa jikteb fuqek jew inkella għall-inqas li ħajtek hija denja li tikteb fuqha. Jiena ma niġixmill-klassi soċjali fejn nista’ nagħmel dan. Jiena ħbejtid-dettalji ta’ ħajti, mhux niżżilthomfid-djarju . Allura meta bdejt niltaqa’mal-esej umal-esejistika ul-kitba letterarja esejistika bdejt inħoss li hemmhekk tista’ tilgħab ħafna iktar, għaliexil-ġeneru mhux daqshekk fiss. Anki għaliex iħallik iddaħħal tropes letterarji, pereżempju, jewmill-arkivji . Issa, ftakar illi jiena bħala Assirologu niġi ħafnamill-kultura tal-kolofon. Jiġifieri kull darba li qed inħares lejn maduma, qed inħares lejn xi test jew xi poeżija jew xi innu jew xi ħaġa hekk, fuqil-ġenb dejjem għandekid-dettalji personali ta’ min qed jikteb jew min qed jikkopja. Allura jiena niġi minn dinit-tradizzjoni fejnil-maduma tiflaħ ħafna affarijiet, tiflaħil-kompożizzjoni letterarja, tiflaħl-esejistika fil-ġenb.L-esej iħallini wkoll mhux biss niftakar, anke jekk b’mod impreċiż ovvjament għaliexfl-aħħar mill-aħħaril-ktieb fil-verità huwa fuqifil-preżent , huwa jiena issa. U lanqas huwa fuqi issa però fuqis-suġġettività tiegħi, fuq dikil-klassi ta’ niesbl-internazzjonalità li qed nipprova nirrappreżenta, u li qed nipprova nikteb għalina. Għaliex ħadd mhu qed jikteb għalina u ħadd ma qed jikteb fuqna għaliex ħajjitna mhijiex denja li tinkiteb fuqha. Jiena trabbejt nemmen illifil-kotba ,fid-dinja tal-kotba,fl-ekosistema tal-kotba, nies bħali m’hemmx għalfejn, anzi mhux talli m’hemmx għalfejn ikun hemm ktieb fuqhom talli m’aħniex denji li jkun hemm kitba fuqna. Allura ovvjament jiena ġej minnha u għandi bżonn nitteorizzaha din, ul-memoir ma jħallinix nitteorizzaha. Jiġifieri meta taqraw Es Sidr, ovvjament Es Sidr huwa teorija sħiħa fuql-internazzjonalità tal-ġeneru,tal-klassi ,tal-etnija , utal-ġisem fl-istorja, huwa teorija sħiħa. U allura hemmhekkl-esej jagħtinil-ispazju , u jagħtinin-nifs , biex nitteorizzaha mingħajr ma nkun qed nagħmel teorija espliċita ta’ metodoloġija, bħalma nagħmlufl-akkademja , ovvjament, għaliex ġejmil-letteratura . Meta nitkellmu fuq ħajjitna ħafna drabi niġu patoloġizzati, kemm għandek ħajtek trawmatika, pereżempju, qed tiktebit-trawma . Le jiena qed niktebl-affarijiet li vera nħobb fi tfuliti. Dawnl-istrateġiji ta’ ħabi, dawnl-affarijiet li kienu jdejquni, jien inħobbhom u ngħożżhom u tgħallimt ngħix bihom, u tgħallimt ngħix magħhom, bħalma nies bħali tgħallmu jgħixu magħhom. M’iniex qed niktebit-trawma , però qiegħed nikteb kif għext ħajti, u ħajti ma kinitx trawmatikabl-ebda mod, kieku kienet trawmatika m’iniex qiegħed hawnhekk. Min għex tfulitu miegħi, hawn xi nies hawnhekk li għexna tfulitna flimkien, nafu illi ħadna ħafna pjaċir f’ħajjitna. Però meta ppruvajna nitkellmu barra minn dakil-milieu soċjali kulħadd tħassarna, jew kulħadd qalilna li għandna bżonnil-kura mentali, jew għandna bżonnil-psikologu , jew għandna bżonn noħorġu minnha dinil-ħajja , għandna bżonn nagħmlu ħilitna biex nedukaw ruħna u noħorġu minnha. U allura f’danis-sens qed nipprova nirkupraha. Però, nista’ nirkupra bissmit-teorija . Tant dfintha u tant ħbejtha u tant regħxitni meta ħriġt minnha, meta ppruvajt noħroġ minnha, li jibqagħli bissl-esej . Jibqagħli bissl-esej bħala għodda biex nesprimi ruħi, anke għaliex ma rridx nidħolfil-memoir , għaxil-memoir narah klassist. » -
- Poddata 24.01.2025
Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità
Fl-24 ta’ Jannar 2025
fis-6:00pm , flimkien ma’ Kurt Borg u Noah Fabri, konnal-mistednin tal-Librerija Pubblika ta’ Pembroke. Raylene Abdilla tkellmet dwaril-kitbiet f’Aphroconfuso u OmarN’Shea mexxad-diskussjoni . Kurt tkellem dwaril-ġabra ta’ esejs tiegħu sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024) u qara silta minnha. Noah Fabri tkellmet dwarir-rumanz tagħhaIt-Togħma Morra taċ-Ċiċri (Merlin 2024) u wkoll qrat silta minnu. Raylene tkellmet dwar diversi kitbiet li jidhru f’Antoloġija 1 u li jidhru wkoll online fosthom Medusa ta’ Rowena Grech,Il-Labra ,Il-Lanza ,il-Qoffa ,l-Azzarin ta’ Loranne Vella, Likantropi ta’ Davinia Hamilton, ud-Djarju ta’ Warren Bartolo. OmarN’Shea mexxat-taħdita . Tkellimna dwaril-kitba bil-Malti,il-ħbiberija ,il-karattri f’rumanz imnebbħinmill-ħbieb tal-awtur,ir-reviżjoni ,id-differenza bejnir-rumanz ul-esej , u bosta suġġetti oħra. -
- Poddata 27.03.2024
Il-Kliem
fit-Teorija Termini
fil-ħsieb kontemporanju malajr isibu ruħhomfid-diskors kulturali u politiku mingħajr ma jkun sar ingaġġamentmar-raġunijiet għalfejn nużaw lilhom flok oħrajn. Meta niktbubl-istess lingwa li biha naqraw, faċli nużawdal-kelmiet mingħajr ma nirriflettu wisq fuqhom. Iżda meta niktbubil-Malti ,id-diffikultà tat-traduzzjoni tista’ ssir privileġġ: tagħtinal-opportunità ningaġġawmill-qrib mat-termini qabel indaħħluhomfil-lingwa tagħna. “Il-Kliem fit-Teorija” huwa proġett fejn kittieba u speċjalisti jiddiskutut-traduzzjoni fil-Malti ta’ kliemfil-ħsieb kontemporanju.Il-kelliema kienu Aaron Aquilina, Noah Fabri u OmarN’Shea . -
- Poddata 22.11.2023
Noti Editorjali #2
« Id-differenza
fil-fatt hija li jiena meta bdejt nikteb esej li mhuwiex akkademiku, għalkemm huwa tekniku, għalkemmid-dettalji xjentifiċi huma preċiżi ħafna,il-metodoloġija stajt niftaħha ħafna iktar. Jiġifieri jiena stajt nintroduċil-perspettiva tiegħi, stajt pereżempju nimmaġinal-post stajt, nimmaġinar-rabja li ħass Michele Zammittan-Naxxari meta skopra lis-sit se jittieħed, meta skopra li mhux se jaqla lira. Stajt nimmaġinahom dawnl-affarijiet . Stajt nimmaġinaċ-ċriev , pereżempju, jirgħu fuqil-wita ’ ta’ Bur Mgħeż. Stajt nimmaġina konverżazzjonijiet pereżempju illil-essej akkademiku ma jħallikx tagħmel. Allura din fetħet orizzonti ġoddafil-mod ta’ kif inti tista’ tingaġġa u tiskopri post mitluf. Jiġifieri biex inti biex inti ġġib lura post mitlufix-xjenza mhijiex biżżejjed.L-immaġinazzjoni hija wkoll importanti.Il-kreattività hija importanti.Il-lingwa letterarja,il-poeżija hija importanti. » -
- Poddata 01.11.2023
Kif Tgħidha f’Qalbek
“Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni,
il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min jgħid hekk. F’dawnl-ewwel xogħlijiet li għandnafil-ġurnal tagħna dinit-taqbida kienet ta’ spiss parti importantimill-kitba umill-proċess editorjali. Metal-ewwel niddeċiedu li niktbu dwar suġġetti li aħna intiżi fihom imbagħad wara nagħżlu li niktbu dwarhombil-Malti , insibu ruħna nipproċessaw ideat illi dejjem qrajniehom b’lingwa oħra, probabbilmentbl-Ingliż , u li għalhekk bqajna naħsbuhom b’dinil-lingwa . Meta niġu biex nartikolawhombil-Malti nsibu ruħna nitqabdu bejnl-idea nnifisha u espressjoni preċiża u eleganti.”