Nathan Anthony Pace tikteb poeżija u proża. Ippubblikaw diversi poeżiji f’ħarġiet ta’ Leħen
Kitba ta’ Nathan Anthony fil-ġurnal:
-
- Marzu 2026
Siġra
bil-Frott haw’ siġra ħabel ħajt niexef
il-friegħi kixfa tittewweb
għal-luq ileqq jismen bis-sekondi
jitbewwaq il-frott arbulat sforz il-gravità qed tiżganga
ir-regoli tas-soltu nxejħuhom
għax stajt ma kontx haw’
ħarsti tixxabbat minn fuq spalltek
sebgħi jinstaram fit-trofof għax ma jafx mod ieħor
għalfej’ aħmar nukleari t-tuffieħ?
għalfej’ iswed straġi s-sema?
fej’ naf? -
- Frar 2026
Sal-Għasfur Isib Fejn Jgħammar
Imxejna tul
il-ġnien infittxu post iżolat. Qalli li nofsu Taljan u iktar ħawwadni, donni kont se nġarrabit-temmija ta’ nofs intimità ma’ Sqalli lir-rabta etimoloġika bejn amuri u amicizzia kien studjaha sew u għamilhal-missjoni ta’ ħajtu li jirxuxtaha, dak li meta tlaqtmid-dar għamel lejl jgħannaqni f’soddtu ta’ ħbieb li konna. Imxejna ftit iktar u nżilt eqrebtas-sur . Iltqajt ma’ post li donnu kien imħejji għalina, santwarju ta’ siġarbil-friegħi mgħaqqdin f’xulxin, żewġ ġebliet f’għamla ta’ taraġ fejn noqogħdu bilqiegħda,il-kamra ta’ ġewwa fejn tinżamml-arka li mhux kulħadd ipprivileġġjat li jidħol ħdejha, artal li fuqu jinqatell-ismen ħaruf għall-glorjatal-erotiċità . Mort niċċekkja kinux ġejjin nies u waqafna quddiem xulxin. Qrobna pass u tbewwisna. Minn issal-verġinità tal-pjaċir, dikil-verġinità li kont għadni ma ħlistx minnha għad li kont tlift lil oħtha iktar inkejjuża, kienet se tintrefa’fil-passat .
- Mejju 2025
persefoni tmur tixtri l-ħwejjeġ secondhand
Aħna nibdlu l-ġeneru
ma’ kull żerriegħa tar-rummien li nigdmu u nobżqu ’l barra.
Ġisimna jibdel l-istaġuni:
sitt xhur Ade
sitt xhur Demetra
sitt xhur alla bejniethom.
Il-libsa ħamravjola vjolenti fuq il-manikin
taħfinli ħarsti bħall-illużjoni tal-femminilità.
Fiċ-changing room għajnejk jaħarbu minn fuq ġismi għarqan bil-ponot ħotba
bħall-ganutell fuq sider il-libsa.
M’ilnix nafek siegħa u ġa rajtni għarwien:
għajni x-xellugija tingħalaq nofs
l-għazza sufija fuq it-tieni rukkell
ix-xaħam bqit f’żaqqi.
- Diċembru 2024
il-ġentrifikazzjoni tas-skiet
tistenbaħ kakofoniku
tħawwad il-borma
tixgħel il-kitla
tgħalli litru ilma
trattab l-arja bil-kafè
fwiħtu tittraslokani fil-belt tal-balavostri mdewda
u l-frontispizji mnaqqxa biċ-ċikonji
’l bogħod minn dawn is-subborgi ġentrifikati
qatt m’aft li l-kafè għandu effetti terapewtiċi
kien mingħalija li l-ħaxixa biss tpejjipha
biex taqla’ x-xewka f’sormok
minflokha ddaħħal sensazzjonijiet iċarrtu ħalqhom għal kapriċċik
biex issebbaħ lok mingħajr prinċipji estetiċi
biex iċċallsu b’saff verniċ
darba o ħadni praga fit-toroq nervużi ta’ žižkov
u qalli niddeċiedi jien jekk dil-akkwata kinitx ġentrifikata
meta għamiltlek dil-mistoqsija
weġibtni dubjuż jiddependi xi tfisser b’ġentrifikazzjoni u ħallejtni b’hekk
u lil o weġibtu bil-yoghurt tewmi tad-döner jiċċaflas ma’ ħaddejja
jiddependi xi tfisser b’ġentrifikazzjoni u ħallejtu b’hekk
- Diċembru 2024
nonfoħ fil-kustilji allużjonijiet ġodda
Tistaqsini jekk nemminx b’Ġesù Kristu imma