Charlene Galea

Charlene Galea hija artista kunċettwali li x-xogħol korporju tagħha jissawwar kemm f’identità online kif ukoll bħala esperjenzi fiżiċi li jisfidaw ’l-ispettatur ikun preżenti u mhux sempliċiment jikkonsma dak li qed jiġi ppreżentat. Fix-xogħol performattiv tagħha Galea tippreżenta ideat politiċi kumplessi b’doża ta’ umoriżmu bil-għan li tinfluwenza b’mod pożittiv gruppi ta’ nies mhux tant midħla tal-arti. Charlene studjat Art Direction for Fashion fil-London College of Fashion, u Digital Fine Arts fl-Università ta’ Malta. Ix-xogħol tagħha ntwera fi Spazju Kreattiv, Gabriel Caruana Foundation, IAM Contemporary u l-MUŻA. Ħadmet ukoll f’diversi spazji privati oħrajn fejn tellgħet serati esperimentali. Ħadmet ukoll fuq xogħol performattiv flimkien ma’ kollettivi artistiċi u waqt festivals f’Budapest, Berlin, Brussell u Vjenna. Ix-xogħol attwali ta’ Galea jiffoka fuq il-ġisem li qed jikber u jixjieħ, u dan il-ġisem timpenjah f’moviment li jistaqsi kif ix-xogħol taż-żeffiena jista’ jwettaq bidla fl-udjenza. Charlene kienet ukoll parti mill-kollettiva Jien_a.

Kollaborazzjonijiet:

Dekorazzjoni art-nouveau