Audrey Friggieri

Audrey Friggieri hija kittieba, akkademika u edukatriċi li ssib fil-letteratura mezz kif tistħarreġ il-kundizzjoni umana u tagħti l-ħajja lill-immaġinazzjoni. Hija l-awtriċi ta’ xogħlijiet diversi li ħafna minnhom ġew nominati għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Tat diversi sessjonijiet ta’ qari u workshops tal-kitba kreattiva għal tfal. Audrey għandha dottorat fl-Istudji taż-Żgħażagħ u l-Komunità u hija lettriċi fl-Università ta’ Malta. Ir-riċerka u l-pubblikazzjonijiet akkademiċi tagħha jiffukaw fuq il-fenomenoloġija, l-esperjenza mgħixa u l-ġustizzja soċjali, b’attenzjoni partikolari lejn il-vuċijiet u r-realtajiet ta’ dawk li spiss jibqgħu fil-marġni tas-soċjetà. Fil-kitba kreattiva tagħha, bħal fir-riċerka, Audrey tfittex li tmur lil hinn minn dak li jidher, u tiskopri l-istejjer, it-tifsiriet u l-possibbiltajiet moħbija fl-esperjenza umana.

Dekorazzjoni art-nouveau