Leslie Vassallo

Leslie Vassallo huwa gradwat fl‑Ingliż u kien għalliem għal bosta snin. Irtira mix-xogħol fl‑2016 imma mhux mill-kitba tal-poeżija bil-Malti. Għalih il‑poeżija hi djarju ta’ ħajja li tinħoloq kuljum. Kitbiet tiegħu ġew ippubblikati f’diversi antoloġiji bħal Nisġa u Ilwien fil-Kelma (pubblikazzjonijiet Ħeġġa Letterarja 1982), Tlaqna għal Rasna u stejjer oħra (SKS 1989) u, aktar riċenti, fil-ġabra Tgħanniq Ieħor, Poeżiji mill-Iżolament (Horizons). Poeżiji tiegħu dehru wkoll f’The Acorn Book of Contemporary Haiku, fi D’un Ciel à l’Autre, u f’ġurnali u rivisti Maltin. Leslie rebaħ diversi kompetizzjonijiet tal-Għaqda Poeti Maltin u għaqdiet oħrajn, inkluż il‑Premju San Valentinu fl‑1984 u l‑konkors ta’ ħajku mniedi mis-Sunday Times of Malta fl‑2015. Huwa kien ukoll “Highly Commended” fil-konkors ta’ novelli tal-Commonwealth fl‑2000.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Leslie:

Kitba ta’ Leslie fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau