Luke Galea tħarreg
Kitba ta’ Luke fil-ġurnal:
-
- Marzu 2026
Niket
fil-Franka Nistenniek ħdejn il-blu li ħallejt warajk
Niktiblek ittri bit-tama li jħaffuk tiġi lura
Nittrattjeni milli nuża l-kelma darek, għax hawnhekk mhux darek
Hawnhekk fejn bkejna, għannaqna ’l xulxin, dħakna, xrobna kemm flaħna, ħbatna bil-karozza, argumentajna
Hawnhekk fejn ippruvajna nisriqu x-xemx mis-sema għax mingħalina li nistgħu
Nistenniek ix-Xemxija
Il-ħoss sakranazz tal-mewġ labra tniggiżni
Naf li hawn qatt mhu se jkun darek
4
l-epitaffju fuq il-lapida tiegħek ittra ta’ mħabba
il-kliem miktub bl-ewwel lingwa tiegħek
Lingwa li nixxet mill-barrieri għall-bajjiet tal-madwar
Ir-residju jikkanċella l-ideat ta’ nazzjon
Tiddendel bejn identitajiet distinti
Imxennaq biex tkun Malti, imma lest li taħarbu
5
Il-Baħar Mediterran jieqaf
isikket il-kurrent
Ir-riħ baga f’wiċċ l-ilma
Jfarfar ir-rifless mis-swar tal-Belt
Jaqbad it-trab tal-franka
Jġorrok għall-aħħar post ta’ mistrieħ
fl-urna -
- Awwissu 2025
Awwissu
Nistenniek
maġenb
il-gżira moħbija bejn l-ilmijiet
Bħax-xemx tisreġ fuqek
Jien tempesta naħkem lili nnifisi
It-tama tinħall minħabba xmuxek
ma jifdal xejn għajr artijiet għerja
Fiċ-ċpar imdennes ta’ Santa Maria
F’sodod imqallba
infittxu tarf ta’ fejn aħna
Lożor ma’ saqajna mxarrbin
Jiġbduna dejjem ’l isfel
u nibqgħu negħrqu
Riħa ta’ melħ taħt abtejk
Nibqa’ fejn il-baħar
Nibqa’ nistenniek
Żmien jgħum f’ilma
Mitluf f’għaraq ta’ ħsieb
Dgħajjes bil-lest
li jnaqqsu l-ilma bejnietna
B’passejn nirfes fuq il-gżira
Bis-saħħa tas-sħana t’Awwissu
Nistenniek