Ira Melkonyan

Ira Melkonyan hija artista u bijologa. Fl-2010 iggradwat fil-Mikrobijoloġija u l-Viroloġija, u fl-2018 kisbet MA fit-Teatru minn DAS Graduate School (DasArts) fl-Università tal-Arti ta’ Amsterdam. Fix-xogħol performattiv tagħha tesplora attanti mhux umani, tranżizzjonijiet, fluwidità, u konfini likwidi. Hija partikolarment interessata dwar kif it-tagħqid ta’ dak li hu bijoloġiku, sensorju u politiku jista’ jispira modi alternattivi ta’ koeżistenza ekoloġikament konxja. Hija waħda mill-membri fundaturi tal-kollettiv Rubberbodies (2009) fejn hi u Jimmy Grima jinstallaw strutturi kollaborattivi temporanji biex joħolqu u jrawmu sitwazzjonijiet performattivi. Ira u Jimmy bdew ukoll l-iSchool of Winds and Waves, li ħafna drabi tieħu l-forma ta’ stazzjon tar-radju pop-up. Ira Melkonyan hija minn Odesa fl-Ukrajna. Bħalissa qed tgħix u taħdem bejn Amsterdam, l-Olanda u n-Nadur, Għawdex.

Dekorazzjoni art-nouveau