fatima a.m.

fatima a.m. hija artista Maltija-Eġizzjana li tikkrea b’mod multidixxiplinarju, fejn l-arti viżiva u l-kelma, partikolarment il-poeżija, jingħaqdu f’isem l-espressjoni. Għandha sfond fl-antropoloġija, u n-narrattivi li tesplora huma riflessjoni tal-vjaġġ mill-intersezzjonijiet soċjopolitiċi. Waqt li xogħolha jindirizza bosta temi, tiffoka fuq il-ġisem u l-ġeneru, is-sesswalità, l-immigrazzjoni u l-klassi soċjali, minn aspett politiku, personali u spiritwali. fatima hija interessata wkoll fil-funzjoni tal-lingwa, fil-mod kif iġġissem sensi oħra oltre mil-lingwa mitkellma. Dan il-proċess joħroġ f’diversi aspetti, minn kif titfarrak il-lingwa biex tikkrea ħsejjes ġodda, u anki f’sens ta’ ritmu u melodija. Dan it-tip ta’ espressjoni, fejn il-lingwa ssir strument ta’ melodija, spiss joħroġ fil-performances tal-poeżija mitkellma. earth/skin, ħsejjes/ragħad, ġabra ta’ poeżiji u qrariet bil-Malti u bl-Ingliż dwar il-wirt, ir-razza, il-ġeneru u l-ispiritwalità, ġiet ippubblikata fl-2023, bħala parti mis-serje ta’ chapbooks ta’ Ede Books.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ fatima:

Kitba ta’ fatima fil-ġurnal:

Entrati mid-djarju ta’ fatima:

Dekorazzjoni art-nouveau