Ryan Falzon

Ryan Falzon huwa artist viżiv, kittieb u edukatur. Ix‑xogħol viżiv tiegħu hu sinonimu ma’ pittura b’kuluri jgħajtu, motivi florali, karozzi, ir‑rappreżentazzjoni tal-ġisem uman, id‑dinja tal-Internet, slogans u kummenti mislufa mill-ġrajjiet kurrenti u l‑kultura popolari. Ix‑xogħol riċenti tiegħu, kemm viżiv kif ukoll miktub, idur mal-ġenerazzjoni millenjali, ix‑xenarji postpandemiċi, relazzjonijiet, duwalità u divinità. Ryan ħareġ l‑ewwel rumanz tiegħu SAJF fl‑2022, u kien wieħed mill-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl‑2023. Fl‑2024 intgħażel għall-programm tal-Unjoni Ewropea Ulysses Shelter. Ryan ingħata l-Premju Nazzjonali għall-Kittieb Emerġenti fl-2024.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Ryan:

Kitba ta’ Ryan fil-ġurnal:

Poddati ma’ Ryan:

Dekorazzjoni art-nouveau