Manuela Zammit

Manuela Zammit hija riċerkatriċi u kittieba fl-oqsma tal-istorja tal-arti moderna u kontemporanja u l-analiżi kulturali. Tgħix Rotterdam u ilha mill-2018 attiva fil-qasam tal-arti kontemporanja u fis-settur kulturali fl-Olanda, fejn ħadmet f’diversi mużewijiet u istituzzjonijiet bħal FOAM, Nxt Museum, Dordrechts Museum, u Stichting Perdu. Tikkoordina d-dipartiment tar-riċerka fi Nieuwe Instituut f’Rotterdam u tgħallem il-Vrije Universiteit f’Amsterdam, minn fejn iggradwat fl-istorja, teorija u filosofija tal-arti u l-kultura. Hija editriċi tal-ġurnal Tijdschrift Kunstlicht u l-kitbiet tagħha jidhru regolarment fir-rivista Metropolis M kif ukoll f’ġurnali akkademiċi varji. Ir-riċerka ta’ Manuela tiffoka fuq l-esperjenza mġissma, is-suġġettività moderna u kontemporanja, l-aġenzija u l-memorja materjali, ir-relazzjonijiet ekoloġiċi, u fuq kif l-arti tipparteċipa jew tintervjeni fil-ħajja ta’ madwarha.

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Manuela:

Kitba ta’ Manuela fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau