Claudia Gauci

Claudia Gauci tgħallem il-Malti l-Junior College u hija wkoll qarrejja tal-provi. Fl-2022 ippubblikat it-tieni ġabra ta’ poeżiji tagħha, Max-Xatt tat-Tamarisk, (Kotba Calleja). L-ewwel ġabra, Sekonda Qabel Tqum (2012, Skarta) hija bilingwi u biha kisbet it-tieni post fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Ittraduċiet diversi kotba tat-tfal għall-Malti għal Merlin Publishers, fosthom Magni taż-Żmien li kien rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2019. Hija kienet mistiedna tipparteċipa f’diversi festivals tal-poeżija. Tat diversi sessjonijiet ta’ qari u workshops tal-kitba kreattiva għal tfal u anzjani, u mexxiet żgħażagħ fil-proċess tal-kitba kreattiva permezz tal-programm Kjażmu tal-Aġenzija Żgħażagħ. Bħalissa qed taħdem fuq l-ewwel proġett ta’ proża tagħha. Claudia tmantni s-sit www.claudiagauci.com.

Kitba ta’ Claudia fil-ġurnal:

Dekorazzjoni art-nouveau