Kurt Borg

Kurt Borg huwa esejist u akkademiku. Hu l‐awtur ta’ sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024), ġabra ta’ esejs personali li jittrattaw it‐temi tal-vulnerabbiltà, il‐memorja u l‐għatx għall-konnessjoni. Kurt huwa wkoll lettur fid-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l‐Governanza fl‐Università ta’ Malta. Fost oqsma oħra, jispeċjalizza fil-filosofija kontinentali, partikolarment fit-teorija poststrutturalista u f’ħassieba bħal Michel Foucault u Judith Butler, u f’kif dawn iħarsu lejn l‐identità, il‐poter, ir‐reżistenza u n‐narrazzjoni tal-jien. Il‐kitbiet tiegħu dehru f’kotba u ġurnali akkademiċi kif ukoll f’gazzetti u rivisti. Huwa wkoll koeditur tal-ktieb Xi Tfisser Tkun Bniedem? (Horizons 2023).

Kotba ta’ Aphroconfuso bil-kitba ta’ Kurt:

Kitba ta’ Kurt fil-ġurnal:

Entrati mid-djarju ta’ Kurt:

Kollaborazzjonijiet:

Poddati ma’ Kurt:

Dekorazzjoni art-nouveau